Inizjattiva gdida minn zghazagh Dinglin permezz tad-Dingli Youth Network
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett illum fetah ufficjalment id-Dingli Youth Network, inizjattiva gdida minn grupp ta` zghazagh Dinglin. L-ghan ta` din l-ghaqda hu li jsahhah ir-relazzjonijiet bejn l-ghaqdiet differenti fil-lokal kemm f`attivitajiet lokali kif ukoll internazzjonali. Fil-fatt f`dawn il-granet, id-Dingli Youth Network qed ihejji ghal dan il-progett bhala parti mill-Euromed Youth Action Progamme bit-tema: Young people and traditional Culture, fejn zghazagh mill-lokal, bil-ghajnuna tal-fondi li ser jinghataw mill-Unjoni Ewropea, ser jinghaqdu flimkien ma` zghazagh mill-Izvezja, l-Italja u Cipru. Fost attivitajiet ohra matul dawn l-ghaxart ijiem, ser jaghmlu restawr u tindif lil ghajn storika li tinsab fil-qalba tal-lokal.
Ta` min jinnota li l-Kunsill Lokali ta` Had-Dingli qed joffri l-ghajnuna kollha mehtiega sabiex l-inizjattiva ta` dawn iz-zghazagh tirnexxi. Il-Kunsill kien ta` ghajnuna kbira wkoll fil-thejjijiet li d-Dingli Youth Network qed jaghmel ghall-progett Ewro-Mediterranju. Wiehed mill-ghanijiet tal-grupp hu li jinkoraggixxi s-sehem taz-zghazagh tal-lokal fi skambji lokali u internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett ferah lid-Dingli Youth Network ghal din l-inizjattiva, u ghal mod li qed jorganizza wkoll attivitajiet, bil-ghan li jeduka l-membri zghazagh permezz ta’ l-isport flimkien ma’ attivitajiet edukattivi u kulturali, u qed ikun ukoll koordinatur li jghaqqad u jgib flimkien l-attivitajiet mill-ghaqdiet taz-zghazagh fil-lokalita`.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN