Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Dr. Joe Borg, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, fil-Konferenza dwar F'hiex Waslu n-Negozjati Organizzata mic-Centru ta’ Informazzjoni Malta-UE – Bugibba - 22 ta’ Frar 2002

PR233
Date Icon 22/02/2002

Sinjuri,

Din hija t-tieni konferenza organizzata mic-Centru ta’ Informazzjoni Malta-UE dwar f'hiex waslu n-negozjati ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropa. Billi bhalissa Malta tinsab avanzata sew fil-process tan-negozjati, din il-konferenza tipprovdi opportunita' tajba biex naghmlu riflessjoni fuq dak li nkiseb sa issa, u biex inharsu ‘l quddiem fid-direzzjoni li mexjin fiha.

Billi naf li l-kelliema ta’ qabli diga taw harsa generali lejn il-qaghda kif tinsab sa llum, fejn mhux biss elenkaw il-kisbiet li saru imma wkoll l-isfidi li qamu tul il-process, nixtieq immur lura lejn wiehed mill-aspetti l-aktar fundamentali ta’ dan il-process u nhares ftit lejn ir-ragunijiet warajh. Ghaliex il-Gvern iddecieda li jimxi lejn shubija fl-Unjoni Ewropea? Ghaliex il-poplu ta’ Malta ta l-mandat car lill-Gvern fl-ahhar elezzjoni biex jibda n-negozjati ma’ l-Unjoni? U ghaliex, issa li ninsabu avanzati f’dawn in-negozjati, qed inhossuna fiducjuzi li qedghin niksbu l-ahjar kundizzjonijiet ghal Malta li ghandhom iwasslu ghal gejjieni ahjar?

It-twegibiet ghal dawn il-mistoqsijiet jinsabu fid-decizjoni krucjali li ha dan il-Gvern xi snin ilu dwar x’gejjieni rridu ghal pajjizna. F’ambjent internazzjonali li qed jinbidel il-hin kollu, il-Gvern kellu ghadd ta’ toroq minn fejn jaghzel li jghaddi biex jissodisfa l-aspirazzjonijiet ta’ Malta li jkollha r-rwol li jixirqilha fis-sistema internazzjonali u biex fl-ahhar mill-ahhar jassigura zieda fl-opportunitajiet ghall-gzejjer taghna.

Minn diversi toroq li kien hemm, tnejn dehru li kienu minn ta’ quddiem. Kien hemm dik li kienet bazata fuq l-eqreb relazzjonijiet possibbli ma’ l-Unjoni imma mhux shubija. Din hi l-ghazla li l-Partit Laburista ghadu jhaddan sa llum, triq li ghazel izda li ghad irid jispjega f’termini tangibbli u konkreti. U mbaghad hemm it-triq li ghazel il-Gvern.

L-ewwel proposta mhaddna mill-Opppozzizjoni ghadha sa llum ma gietx iccarata. Ghalhekk ilha tinhass il-htiega li din tkun spjegata u mfissra taht l-ghamla ta' xi qafas stabbilit - galadarba l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi relazzjonijiet ma’ pajjizi terzi biss permezz ta’ dan il-mod.

L-uniku qafas iehor li mhux shubija li jezisti llum, u li jista’ jkun il-mezz li bih Malta jkollha relazzjonijiet ma’ l-Unjoni, huwa ftehim fl-isfond Ewro-Mediterranju. Ftehim bhal dan, li l-qafas tieghu hareg mill-Process ta’ Barcellona tal-1995, jikkoncentra fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-pajjizi mill-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani li jinsabu fil-Mediterran.

Izda fil-kaz ta' Malta, pajjiz li ghandu identita' Ewropea twila u distinta, il-Gvern ihoss li jekk jibni biss fuq relazzjoni bhal din, relazzjoni li hija intiza ghal pajjizi li ghandhom htegijiet u aspirazzjonijiet differenti minn taghna, ma jkunx qed jaspira ghall-ahjar interessi ta' Malta - ghall-interessi naturali taghna. Din l-ghazla twassal, minghajr ebda raguni gustifikanti, biex iccahhadna mill-opportunita' li niffurmaw parti minn grupp ta’ pajjizi li maghhom naqsmu l-istess twemmin, u twassalna biex nitilfu l-beneficcji kollha li shubija ggib lejn Malta.

Huwa ghalhekk li l-Gvern, bl-appogg tal-maggoranza tal-poplu Malti kif espressa fl-ahhar elezzjoni, iddecieda li jahdem ghall-gejjieni taghna fi hdan l-Unjoni Ewropea, bi shab ma’ tant pajjizi li maghhom ahna ghandna rabta twila u li maghhom ahna nidentifikaw irwiehna. Huwa ghalhekk li l-Gvern ha hsieb biex jinnegozja pakkett ta’ kundizzjonijiet ghal shubija li, filwaqt li jgibna konformi man-normi u l-istandards Ewropej, ikun jaghti kas tac-cirkustanzi partikolari ta’ Malta.

Il-Gvern ihoss li l-maggoranza tar-regoli u l-istandards kif osservati fl-Unjoni Ewropea ikunu ta’ beneficcju dirett ghal Malta hekk kif qeghdin nahdmu bi shih sabiex insiru aktar kompetitivi, nassiguraw l-izvilupp kontinwu taghna u fl-ahhar mill-ahhar, niffurmaw parti mill-komunita' internazzjonali. Naghrfu wkoll, izda, li f’ghadd zghir ta’ kazijiet, ligijiet li jistghu jkunu tajba ghall-Germanja, per ezempju, mhux bilfors jghoddu direttament fil-kuntest lokali meta titqies is-sitwazzjoni partikolari taghna. Certi ligijiet jistghu ghalhekk jitqiesu li ma jaqblux perfettament ghac-cirkustanzi ta’ Malta jew ikunu jehtiegu jiddahhlu bil-mod il-mod.

Ghax jezistu dawn il-kazijiet eccezzjonali ma jfissirx li ghandna naqbzu ghall-konkluzjoni li shubija fl-Unjoni ma tghoddx ghalina. Ghall-kuntrarju, dawn il-kazijiet holqu, u kostantement qed iservu, biex izidu d-determinazzjoni taghna halli bis-sahha tan-negozjati, nizguraw li c-cirkustanzi specifici ta’ Malta jkunu maghrufa ahjar u hekk nirbhu dawk is-salvagwardji u zmenijiet ta’ transizzjoni mehtiega biex ikun assigurat li Malta tikseb il-beneficcji kollha ta’ shubija.

Il-motivazzjoni taghna favur shubija kienet semplici. Alternattiva ohra, fejn l-ghazliet ghal futur ta' Malta huma ftit u l-isfidi huma bil-bosta, m'hix alternattiva vera. Ma kienx ikun ghaqli kieku bid-decizjoni taghna cahhadna lil Malta mill-beneficcji li shubija ggib maghha bhal per ezempju fl-istandards oghla ambjentali, fil-harsien ahjar tal-konsumatur, f'appogg ghall-immodernizzar ta’ l-infrastruttura ta’ pajjizna, fil-harsien socjali ahjar, fl-access ghal swieq kbar tal-Unjoni Ewropea u hafna u hafna aktar.

Ahna ghalhekk hdimna biex fil-kuntest ta' shubija nizguraw li f’dawk il-kazijiet kollha fejn ligijiet ta’ l-Unjoni seta’ kellhom konsegwenzi mhux intenzjonati fil-kuntest Malti, jew fejn kien mehtieg zmien halli certi ligijiet ikunu jistghu jiddahhlu bil-mod il-mod, sibna soluzzjonijiet fin-negozjati li taw kas b’mod effettiv ta' dawn id-diffikultajiet. Meta ghall-bidu kien jehtigilna li nimxu b’pass mghaggel biex dan il-process intuh spinta sew ‘il quddiem, dan ahna ghamilnih. Issa li ghaddejjin in-negozjati u qed ikunu diskussi bosta mill-kwistjonijiet aktar iebsin, qedghin nimxu b'ritmu izjed adattat. Ghamilna dan biex nassiguraw li mhux biss inkunu metikoluzi fl-argumenti taghna waqt in-negozjati imma wkoll biex ikun hemm bizzejjed zmien halli s-sitwazzjoni partikolari ta’ Malta tkun mifhuma u moghtija l-konsiderazzjoni li jixirqilha.

Wiehed bizzejjed ihares lejn ir-rizultati li hargu sa issa minn-negozjati biex wiehed jifhem kif din id-determinazzjoni u l-pass mehud qeghdin ihallu l-frott.

Biex insemmi xi whud mill-kisbiet ta’ Malta fin-negozjati, nibda billi nirreferi ghall-passi kbar ‘il quddiem li saru fil-qasam tal-politika socjali. F’dan il-kapitlu kkommettejna rwiehna li ndahhlu l-ligijiet kollha Ewropej dwar il-harsien socjali - ligijiet li huma ta’ beneficcju dirett ghall-haddiema Maltin f’diversi setturi differenti. Izda f’erba’ oqsma fejn inhass li kien mehtieg iktar zmien biex jigi evitat kull riskju ta' xi xokk ekonomiku u biex min ihaddem ikollu l-ispazju halli jkun jista’ jdahhal certi mizuri ta' standards godda, nnegozjajna l-perjodi mehtiega ta’ transizzjoni. L-istess sar fid-diskussjonijiet dwar it-trasport, l-energija w ic-caqliq hieles ta’ prodotti.

Fuq il-kwistjoni tac-caqliq hieles tal-persuni u fuq l-akkwist ta’ proprjeta immobbli ghamilna kisbiet ferm akbar. Ghar-rigward tac-caqliq hieles ta’ persuni ksibna seba’ snin zmien li matulu l-Gvern ikollu d-dritt li jzomm l-influss ta’ haddiema f’Malta f’xi settur partikolari jew anke b’mod generali. Matul dan iz-zmien, cittadini Maltin, kemm dawk li joqoghdu Malta u kemm dawk li jghixu barra, ikollhom access shih ghal xoghol f’kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Wara dawn s-seba’ snin ta’ transizzjoni, l-Gvern innegozja wkoll salvagward iehor, li jkun jghodd ghal zmien indefinit, biex f’kaz li jekk qatt xi darba fil-futur jkun mhedded is-suq lokali tax-xoghol, il-Gvern xorta jkun jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Unjoni Ewropea bil-ghan li tinstab soluzzjoni.

Fil-kaz ta’ l-akkwist ta’ proprjeta' immobbli, il-Gvern ghal darb’ohra nnegozja klawsola li thares l-interessi tal-Maltin. Cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jkollhom dar sekondarja f’Malta xorta se jehtieg ikollhom permess biex jixtru l-ewwel dar taghhom f’Malta. Dan il-permess jinghata awtomatikament jekk ikunu sodisfatti certi kundizzjonijiet, bl-istess mod kif qed isir illum. Mhux biss, imma assikurajna wkoll li wara shubija, kull cittadin ta’ l-Unjoni Ewropea li jkun iddecieda li jirrisjedi permanentament f’Malta u jkun jixtieq jixtri t-tieni proprjeta' hawn, ikun jista’ jaghmel dan biss jekk ikun ghex hawn Malta ghal mill-inqas hames snin. L-ghan wara dan l-arrangament specjali huwa biex ikun assigurat li l-prezzijiet tal-proprjeta' ma joghlewx u li l-pressjoni konsiderevoli li diga tezisti fuq l-ambjent naturali ma tkomplix tizdied. Ghal darb’ohra, bhalma gara fil-kaz tac-caqliq hieles ta’ persuni, cittadini Maltin, anke dawk mhux residenti f'Malta, se jkunu jistghu jixtru proprjeta' kemm iridu f’kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropew mill-ewwel jum ta’ shubija.

Il-kaz li ghadni kif semmejt huwa uniku. Huwa uniku ghax dan l-arrangament inkiseb minn Malta u minn Malta biss. Mhuwiex arrangament li nghata lil xi pajjiz kandidat iehor - anzi l-Unjoni ddikjarat espressament li dan l-arrangament ma jistax jintuza bhala precedent ghal xi pajjiz iehor. Ghalina, aktar importanti huwa il-fatt li dan l-arrangament serva wkoll bhala prova, jekk qatt kien hemm bzonn wahda, li huwa possibbli li jinstabu soluzzjonijiet permezz ta’ negozjati li tassew jindirizzaw il-bzonnijiet partikolari taghna.

Dan kollu jimliena b'fiducja ghall-oqsma li baqa’ miftuha ghad-diskussjoni fin-negozjati. Ghal dawn l-oqsma li baqa’, li jvarjaw minn dak dwar is-sajd ghall-qasam tat-tassazzjoni, mill-qasam tal-kompetizzjoni ghal dak dwar il-biedja, u mill-gustizzja u intern ghall-ambjent, il-Gvern huwa fiducjuz li jinstabu soluzzjonijiet gusti u xierqa li jaghtu kas il-htegijiet ta’ Malta.

F’kull wiehed minn dawn l-oqsma li n-negozjati fuqhom ghadhom ghaddejjin, il-pozizzjoni taghna diga giet prezentata lill-Unjoni Ewropea. Gew spjegati r-ragunijiet prattici, storici u tradizzjonali li jiffurmaw il-bazi tat-talbiet rispettivi taghna ghal arrangamenti specjali jew perjodi ta’ transizzjoni. U matul il-presidenza Spanjola attwali ta’ l-Unjoni Ewropea u dik ta’ warajha, determinati li n-negozjati fuq dawn is-suggetti jkunu finalizzati skond il-programm li l-Kummissjoni Ewropea stess hejjiet bil-ghan li jitlestew in-negozjati sa' l-ahhar ta’ din is-sena ma’ dawk il-pajjizi li jinsabu fuq quddiem, cioe' sa ghaxar pajjizi applikanti li fosthom hemm Malta, skond kif gie deciz fil-Kunsill Ewropew ta' Laeken.

Galadarba jitlestew in-negozjati, il-pakkett li se jiddetermina l-kundizzjonijiet tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jigi prezentat lill-pubbliku Malti halli niddeciedu dwaru. B'hekk issehh il-weghda tal-Gvern li jkun il-poplu Malti stess li jiddeciedi jekk il-gejjieni ta’ Malta jkunx fi hdan l-U.E. jew le.

Nixtieq inzid ukoll li jekk naghtu harsa lejn minn fejn bdejna sa fejn ninsabu llum u naraw dak kollu li ksibna sa issa, johrog b’mod car li l-process innifsu tan-negozjati wera li mhux biss qed ihalli l-frott mixtieq imma qed ikun ukoll ta’ beneficcju kbir ghal Malta.

In-negozjati taw rieda mgedda lis-servizz pubbliku li mhux biss wettaq dak li kien mehtieg isir, izda wera li huma kapaci jitratta b'mod professjonali u kompetenti l-ghadd kbir ta’ suggetti u d-dimensjonijiet varji tal-process tas-shubija. In-negozjati kkonfermaw ukoll li s-servizz pubbliku taghna jhabbatha tajjeb hafna ma’ haddiema governatturi f’pajjizi Ewropej ohra.

Fuq l-istess linja, in-negozjati li ghaddejjin bhalissa wrew li diversi ghaqdiet li jezistu fis-socjeta' taghna - korpi kostitwiti, organizzazzjonijiet rapprezentattivi, 'pressure groups' u organizzazzjonijiet ohra mhux governattivi - huma kapaci li jahdmu flimkien u jiehdu sehem attiv f’dibattitu b’sahhtu u haj dwar il-gejjieni ta’ l-pajjiz. Minkejja d-diffikultajiet ovvji li jistghu jinqalghu fi kwalunkwe progett gdid, il-Maltin ghal darb’ohra taw prova li mhux biss huma lesti, izda aktar importanti minn hekk, li huma kapaci jidhlu ghal sfidi godda b’wicchom minn quddiem u jisfruttaw l-opportunitajiet kollha li hemm miftuha ghalihom.

Nahseb li hadd ma jinnega l-kobor ta’ dan il-progett li bdejna f’dawn l-ahhar ftit snin. Izda r-rizultati li nkisbu sa issa taw ragun lill-Gvern li emmen fil-kapacitajiet taghna l-Maltin, u wera wkoll l-interess genwin ta’ l-Unjoni Ewropea biex Malta tkun parti mill-familja Ewropea li qeghda dejjem tikber.

Iz-zewg nahat diga' wrew ix-xewqa u r-rieda soda taghhom biex dawn in-negozjati jkunu success. Nassigurakom li d-dedikazzjoni shiha u d-determinazzjoni soda li kkaratterizzaw dan il-process sa mill-bidu, se jkomplu jintwerew matul is-sena li bdejna. Ninsab fiducjuz li se nkunu nistghu niksbu dawk ir-rizultati mehtiega sabiex jitwarrbu kwalunkwe dubji li ghad jista ikun hemm dwar il-beneficcji enormi li toffri s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dwar is-salvagward tal-interessi taghna. U dan ghall-gid u ghall-harsien taghna lkoll.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow