AKTAR MINN LM110,000 GĦALL-FAMILY RESOURCE CENTRE
Meta kien qed izur il-Family Resource Centre li qed jinbena' fil-Birgu, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih jerġa' jkun fil-Kottonera fejn il-Ministeru għall-Ambjent qed iwettaq diversi proġetti; u fejn ix-xoghol fuq il-progett tal-Kottonera li qed jitwettaq minn zewg konsorzji, miexi b'pass mgħaġġel.
Francis Zammit Dimech qal li fil-Kottonera l-Gvern kien qed iwettaq mhux biss proġetti ta' restawr u riabilitazzjoni, iżda wkoll proġetti maħsuba biex jgħollu direttament il-livell tal-għajxien tar-residenti ta' dawn l-inħawi. Hu fakkar li fost dawn il-proġetti kienu diġa' twettqu, jew qed jitwettqu, proġetti bħal
· twaqqigħ ta' slums u l-bini flokhom ta' blokki ta' appartamenti moderni;
· bini ta' dar moderna għall-anzjani;
· bini ta' kumpless sportiv;
· bini ta' Ċentru tas-Saħħa.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li proġett ieħor li qed jitwettaq f'dawn l-inħawi hu l-bini ta' Family Resource Centre. Ghal dan il-proġett il-Ministeru għall-Ambjent s'issa diġa nefaq 'il fuq minn Lm110,000.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bhala parti minn dan il-proġett,
· qed jinbena Child Care Centre li x-xogħol fuqu jinsab fi stadju avvanzat. L-offerti ghas-servizzi u xogħol ieħor fuq dan il-post tlestew u se jkunu ppublikati. B'kollox din il-parti tal-proġett mistennija tiswa Lm71,000.
· se jinbena Adult Training Centre. Dan il-proġett ingħata turnkey contract. Għalih il-Ministeru għall-Ambjent se joħroġ Lm6,500. Il-bqija tal-fondi se jkunu pprovduti mill-Agenzija Appoġġ.
· se jsir xogħol ta' landscaping fl-inħawi ta' barra tal-proġett u canopy fi struttura ta' l-azzar li se jiswew Lm24,000.
· bħala parti mill-proġett, u bi ftehim mal-Kunsill Lokali Birgu, qed tiġi upgraded il-playing field maġenb iċ-Ċentru. Il-Ministeru għall-Ambjent se jonfoq Lm10,500 f'materjal ta' sigurezza u għall-pavimentar. Se jinbena wkoll ħajt madwar il-playing field. Il-Kunsill Lokali se jieħu ħsieb it-tagħmir ġdid tal-logħob.
· se tinbena Public Convenience ġdida flok il-qadima li kellha titwaqqa' biex flokha jinbena ċ-Child Health Centre.
Il-Ministru għall-Ambjent qal il-proġett ghal Family Resource Centre, li mistenni li jitlesta lejn l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena, ikompli juri l-impenn tal-Gvern preżenti li jgħolli l-livell tal-għajxien tar-residenti tal-Kottonera, li fl-aħħar tliet snin ingħataw sehemhom sħiħ mill-ġid ġenerat fil-pajjiż.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN