IL-PRIM MINISTRU JATTENDI FORUM INTERNAZZJONALI FL-ITALJA
PR221
21/02/2002
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għall-Italja, fejn ser jieħu sehem f'forum organizzat mill-'Fondazione Alcide de Gasperi'.
It-tema tal-forum ser ikun 'L-Ewropa fil-ħidma u l-ħsieb tal-Papa Gwanni Pawlu II'.
Il-Prim Ministru ser ikun wieħed mill-kelliema ewlenin waqt is-seduta tal-ftuħ tal-forum.
Is-Sibt, 23 ta' Frar, il-parteċipanti tal-forum ser ikollhom udjenza speċjali mal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Gwanni Pawlu II, li ser issir fil-Vatikan.
Għal dan il-forum huwa mistieden ukoll il-Professur Peter Serracino Inglott, li huwa ir-rappreżentant tal-Gvern għall-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt, 23 ta' Frar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN