Left arrow Mur Lura

Il-Gvern jikkonkludi in-negozjati ghal Payment Gateway unika ghas-servizzi tal-Gvern

PR220
Date Icon 21/02/2002

Gew konkluzi in-negozjati sabiex jigi stabbilit Payment Gateway ghas-servizzi kollha li ser jibda jipprovdi l-Gvern, b’mod elettroniku, u li jkunu jinhtiegu hlas. Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta kien qed jindirizza lil dawk prezenti waqt it-tendija ufficjali tal-Malta-Media on-line network.

Il-Ministru Gatt fisser dan il-pass bhala wiehed importanti hafna, lejliet it-tnedija tas-servizzi ta’ e-government. "Dan huwa pass li jifforma parti mill-hidma tal-Gvern fuq l-assigurazzjoni, sakemm hu possibli ta’ sigurta u kunfidenzjalita", kompla Dr. Gatt.

Dr. Austin Gatt, fid-diskors tieghu, fahhar l-inizjattiva li hadu l-Malta Media li jifformaw parti mill-grupp Techinvest. Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt fisser li l-izvilupp ta’ dan il-grupp Malti huwa frott tal-fiducja li tezisti fil-kapacitajiet tal-haddiem Malti. Dr. Gatt qal li l-fatt li l-Maltamedia network kellu 181,000 vizitatur, hija cifra nkoragganti hafna ghas-success tal-kumpanija. Il-Gvern jemmen li l-hidma tieghu ser tibqa’ marbuta mal-vizjoni li kemm jista’ jkun ikompli johloq is-sinergiji necessarji biex f’pajjizna noholqu socjeta ta’ l-oghla livell f’dik li hija informazzjoni u komunikazzjoni teknologika.

Dr. Gatt kompla li l-kuncetti ta’ e-government u ta’ m-government iridu jkomplu jinfirxu. Il-Gvern ser ikompli jahdem ukoll biex iheggeg lis-settur privat fuq il-kuncett ta’ kummerc elettroniku

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow