Left arrow Go Back

Cisco Networking Academy Programme f’Pajjizna hija certifikat tal-fiducja li tezisti f’Malta

PR218
Date Icon 21/02/2002

"Il-prezenza tac-Cisco f’Malta hija certifikat ta’ fiducja li tezisti fil-Maltin." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta tnediet ic-Cisco Networking Regional Academy f’Malta.

Il-Ministru Gatt fisser din l-inizjattiva bhala ezempju haj tal-vizjoni tal-Gvern f’dan il-qasam, vizjoni bbazata fuq sinergiji bejn Gvern u privat. Din is-shubija tinvolvi, lill-Gvern, l-iSwatar Training College, l-MCAST, l-ETC, l-Universita’ ta’ Malta, ic-CISCO u l-Melita Cable. Minghajr dubju din l-inizjattiva ghandha twassal sabiex tipprovdi lill-istudenti ta’ l-informatika b’opportunita’ biex tkattar it-tahrig u l-edukazzjoni f’pajjizna.

Il-Ministru Gatt spjega li din l-akkademja hija rizultat tal-vizjoni cara ta’ fejn irid imur il-Gvern Malti.

Fl-ewwel fazi ser ikunu inawgurati erba’ akkademji: wahda fis-Swatar, ohra fl-ETC, fl-Universita’ ta’ Malta u ohra fl-MCAST.

Din l-inizjattiva tinkwadra wkoll fil-vizjoni ahharija tal-Gvern, li pajjizna jsir centru ta’ eccellenza fil-provvista ta’ haddiema specjalizzati fl-Information Communications Technology fil-Mediterran.

Ic-Cisco Networking Academy Programme twaqqaf fl-1997 u attwalment hija prezenti fi 83 pajjiz. Ic-Cisco ghandha ‘l fuq minn 2,000 akkademja mferrxa madwar id-dinja u hija ntenzjonata sabiex tipprovdi haddiema kwalifikati fl-oqsma tan-Networking. Ta’ min isemmi li Cisco tipprovdi 83% tan-Networks kollha madwar id-dinja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow