Titnieda Skema ta’ Identifikazzjoni ta’ Talent Sportiv Zaghzugh
"Hemm bzonn li nutilizzaw il-potenzjal kollu taz-zghazagh Maltin jekk irridu nizguraw li nibqghu ngawdu s-successi fl-isport. Hekk stqarr is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, meta kien qed jinawgura Skema ta’ Identifikazzjoni ta’ Talent Zaghzugh fl-Isport. Din l-iskema qed titnieda mid-Direttorat taz-Zghazagh fi hdan il-Kumitat Olimpiku Malti, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
Permezz ta’ din l-iskema, it-tfal kollha bejn it-13 u 14-il sena li jattendu l-iskejjel governattivi ser jigu ttestjati ghall-kapacitajiet fizici u notorji. Fil-fatt dawn it-testijiet ser isiru minn ghalliem issekondat specifikament ghal dan il-progett mid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni. Ir-rizultati tat-testijiet ser jghatuna stampa ahjar tal-potenzjal atletiku taz-zghazagh Maltin bl-iskop li dawn l-istess zghazagh ikunu jistghu jgharrfu dawk id-dixxiplini li jkunu l-aktar addattati ghalihom.
Ir-rizultati miksuba permezz ta’ dan l-istharrig ser iservi ukoll sabiex ikunu jistghu jigu introdotti skemi fejn atleti b’potenzjal jigu identifikati skond il-bzonnijiet tad-dixxiplini sportivi. Din l-iskema ser taghti lok li zghazagh, li jistghu ikunu l-atleti tal-futur, jigu segwiti b’mod aktar tekniku sabiex jigu mghejjuna jilhqu l-potenzjal massimu taghhom.
Ma’ din l-iskema, l-Assocjazzjonijiet Nazzjonali kollha qed jintalbu sabiex ihejju programm ta’ zvilupp ghal atleti zghazagh u huwa mistenni li dawn il-programmi jkunu jistghu jigu segwiti minn dawn iz-zghazagh.
Huwa mistenni li din l-iskema - li ser tidhol fis-sehh dalwaqt - tibda taghti il-frott taghha sa sentejn ohra, fejn huwa mistenni li jibda jkollna grupp ta’ atleti zghazagh li jistghu jilhqu l-oghla livelli ta’ partecipazzjoni fil-livelli nazzjonali u internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett awgura li din l-iskema sservi ta’ xprun lil Assocjazzjonijiet Nazzjonali li jridu jgharrfu jisfruttaw din l-okkazjoni sabiex tikber il-partecipazzjoni taz-zghazagh fl-isport, li l-aktar jghodd ghalihom u b’hekk inkomplu nghollu l-livell ta’ l-isport malti.
Il-Perit Mugliett appella lill-genituri u l-iskejjel sabiex jghatu appogg lil dan il-programm u awgura liz-zghazagh kollha sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet godda li jistghu jghinuhom isiru l-atleti t’ghada
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN