TLESTIJA TA` XOGĦOL FL-ISKOLA ĠUŻEPPI AGIUS, PAOLA
Nhar l-Erbgħa 18 ta` Diċembru 2002, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta` l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett inawgura sala ġdida fl-iskola Primarja Ġużeppi Agius f’Raħal Ġdid. Għall-okkażjoni ta` din l-inawgurazzjoni ittella` kunċert tal-Milied mit-tfal ta` l-istess Skola.
Ix-xogħol ta` ristrutturazzjoni u tkomplija sar f’dawn l-aħħar xhur taħt is-direzzjoni tal-Fondazzjoni Skejjel ta` Għada. Minbarra x-xogħol fuq is-sala, sar xogħol fi kmamar oħra sabiex tlestew stores, kamra għall-iskrivani u xi klassijiet.
Ta min jgħid li x-xogħol ta` upgrading fl-iskola Ġużeppi Agius ilu li beda erba` snin. Fl-ewwel fażi sar xogħol ta` upgrading fiż-żona madwar it-toilets, tibdil ta` soqfa, membrane ġdid u tibdil ta` balavostri.
Fid-diskors ta` l-inawgurazzjoni tas-sala, is-Segretarju Parlamentari, l-Perit Mugliett qal li “B’dawn ix-xogħlijiet l-iskola Primarja Ġużeppi Agius ħadet dehra oħra w saret skola li tħares is-saħħa u s-sigurta` tat-tfal. Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fid-diversi skejjel jixhed it-twemmin tal-Gvern li l-ambjent fiżiku u attrajenti huwa indispensabbli sabiex inħajru t-tfal jitgħallmu u nżommuhom ferħanin waqt il-ħin ta` l-iskola".
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en