Hidma kontinwa b’riżq persuni b’diżabilita’ f’Ghawdex: Progett ta’ Centru gdid fil-Belt Victoria
Dan l-ahhar, l-Onor Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, żaret ic-Centru ta’ Matul il-Jum ghal Persuni b’Diżabilita’ – l-Adult Training Centre, f’Ghajnsielem Ghawdex.
F’diskors ta’ l-okkażjoni l-Ministru Debono stqarret illi s-sostenn li jaghti ta’ kull sena l-Ministeru ghal Ghawdex, kif ukoll il-hidma tal-bord tat-tmexxija ta’ l-Adult Training Centre (ATC) flimkien, raw it-twettieq ta’ numru ta’ inizjattivi godda li ttiehdu matul din l-ahhar sena.
Il-Ministru Debono rreferiet ghall-ghotja ta’ van b’tail lift li l-Ministeru ghal Ghawdex ircieva b’donazzjoni minghand Dorthese Ellis Foundation, illi giet mghoddija lill-ATC, kif ukoll ghat-tieni donazzjoni ta’ van b’tail lift li saret dan l-ahhar permezz ta’ kuntatti ma’ l-Enabling Housing Association fl-Ingilterra – sabiex jaqdu l-htigijiet ta’ trainees li jattendu l-istess centru.
"Huwa ta’ soddisfazzjon ghalija ninnota illi l-Adult Training Centre mexa ’l quddiem, mhux biss fis-servizzi li qieghed joffri imma wkoll fit-tmexxija tieghu, b’mod specjali fl-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilita’ li jattendu c-centru”, qalet il-Ministru Debono. Hija rreferiet ghax-xoghol ta’ landscaping, li jinkludi wkoll bini ta’ funtana, li twettaq mit-trainees ta’ l-Adult Training Centre fil-gnien tac-Centru ghall-Ghaqdiet Mhux Governattivi fix-Xewkija.
Il-Ministru ghal Ghawdex uriet l-apprezzament taghha ghall-esperjeza gdida ta’ exchange visit li 5 trainees flimkien ma’ tlett haddiema ta’ l-ATC f’Ghawdex kellhom fl-Ingilterra, permezz ta’ assistenza finanzjarja mill-Ministeru ghal Ghawdex – certament esperjenza edukattiva utli hafna li offriet opportunita’ ghal skambju ta’ ideat bejn żewg entitajiet li ghandhom l-istess ghanijiet.
B’riferenza ghas-Sena Ewropea tal-Persuni b’Diżabilita’, il-Ministru Debono rreferiet ghall-progett li l-Ministeru ghal Ghawdex flimkien ma’ l-Awtorita’ tad-Djar hadem fuqu dan l-ahhar u li se jara l-bidu tieghu matul is-sena 2003 – progett mill-iktar bżonnjuż ghall-persuni b’diżabilita’ f’Ghawdex – dak tal-bini ta’ centru ta’ matul il-jum gdid, fil-Belt Victoria. Dan ic-Centru gdid ser ikollu diversi workshops kif ukoll flatlet fejn ser isir tahrig f’life skills. Il-Ministru Debono rringrazzjat lill-membri tal-bord tat-tmexxija tac-Centru illi hadmu bis-shih sabiex il-pjanti tac-Centru l-gdid ikunu jirriflettu d-diversi htigijiet tal-persuni b’diżabilita’ li jattendu b’mod regolari c-Centru f’Ghajnsielem.
Filwaqt li awgurat l-isbah xewqat lit-trainees u l-istaff ta’ l-ATC, il-Ministru Debono espremiet l-awgurju li l-process ta’ integrazzjoni tal-persuni b’diżabilita’ jitkompla u jissahhah. B’hekk, il-membri li jattendu l-Adult Training Centre jintegraw bl-aktar mod shih fis-socjeta’.
Iktar kmieni, il-membri ta’ l-ATC ittiehdu fis-Sannat Special Unit fejn il-karattru ta’ Father Christmas, illi wasal fl-ispecialunit permezz ta’ helicopter, qassam rigali lil dawk preżenti. Wara, il-Friends of the Adult Training Centre organizzaw ricevimenti lill-membri, il-familjari taghhom kif ukoll l-istaff tac-Centru.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en