FIDUCJA U OPPORTUNITAJIET: FTUH TA’ CENTRU TA’ TAHRIG TA’ L-INFORMATIKA GHAR-RESIDENTI TA’ SAN BLAS
"Irridu naħdmu biex kif saħaq riċentament il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, tassew noħolqu soċjeta li fiha kullħadd jkun responsabbli għal kullħadd. Għalldaqstant l-inizjattiva li tnidiet illum huwa xhieda ta’ din it-tip ta’ politika, bbażata fuq l-valur tas-solidarjeta.” Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti u lir-residenti tal-Komunita’ ta’ San Blass waqt il-ftuħ ta’ Ċentru tal-Informatika.
Dan iċ-Ċentru qed jagħti l-oppurtunita lir-residenti ta’ din il-Komunita’ biex jingħataw tliet livelli ta’ taħriġ.
L-ewwel livell huwa marbut ma’ l-inzijattiva myWeb. Ir-residenti ser jkollhom l-opportunita li jingħataw taħriġ bażiku fl-użu tal-kompjuters, internet u emails.
It-tieni livell, huwa l-European Computer Driving Licence (ECDL). Permezz ta’dan it-taħriġ, ir-residenti fil-komunita ta’ San Blas, jkun jistgħa jkollhom ċertifikat ta’kompetenza f’diversi oqsma tal-użu tal-kompjuter. Dan huwa ċeritifkat aċċettat ma l-ewropa kollha u llum il-ġurnata, huwa essenzjali biex persuna tkun tistgħa timpjega ruħha għal xogħol klerikali.
It-tielet livell ta’ taħriġ jwassal lir-residenti biex jkunu Cisco Certified Networking Associates. Dan iċ-ċertifikat huwa, wieħed mill-iktar ċertifikati avvanzati fil-qasam tan-networking madwar id-dinja.
Dr. Austin Gatt fisser, li permezz ta’ din l-inizjattiva, "irnexxielna nġibu flimkien numru ta’ imsieħba mis-settur pubbliku, u s-settur privat". Dan għen biex dak li ġie mniedi llum, sar f’temp ta’ ftit xhur. Maltacom, Microsoft, Demajo Group, Megabyte u Cisco Systems, flimkien mall-kummissjoni eMalta, il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali u l-Caritas ħadmu biex llum r-residenti tal-komunita ta’ San Blass għandhom opportunitajiet ġodda.
Il-Ministru Gatt fisser li din l-inizjattiva għandha tiffaċilita bis-sħiħ, id-dħul lura fis-soċjeta tal-komunita ta’ San Blass. Huwa rrefera għall-isfortuna ta’l-istigmi li s-soċjeta Maltija għandha fil-konfront ta’ dawn il-persuni. Il-Ministru Austin Gatt kompla li l’ hinn minn paroli dwar l-importanza li nuru fiduċja u nagħtu opportunitajiet lir-residenti ta’ din il-komunita’.
Dr. Austin Gatt ħabbar ukoll li apparti t-taħriġ li ser jingħataw, iż-żgħażagħ ta’ din il-kommunita ser jingħataw opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ placements fis-settur privat.
Il-Ministru Gatt kompla "nemmen, li aħna l-politiċi għandna rwol primarju, li nservu, u għallhekk rajna kif anke fil-qasam tal-informatika, nagħtu l-għajnuna tagħna b’riżq is-soċjeta Maltija.”
Huwa temm jgħid huwa personalment jwiegħed l-appoġġ personali tiegħu lil kull wieħed u waħda mir-residenti, biex jerġgħu lura fis-soċjeta.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en