Left arrow Mur Lura

Preżentazzjoni ta' flus lil diversi GHaqdiet tal-karita jew volontarji

PR1769
Date Icon 19/12/2002

Dalgħodu, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea qassam diversi cheques lil wieħed u għoxrin għaqda volontarja jew istituti tal-karita li hawn jaħdmu f`dawn il-gżejjer.

Dawn il-flus ġejjin mill-ammont addizzjonali li jkun hemm fuq il-bolli tal-Milied li kull sena joħorġu mill-Posta ta' Malta.

F'diskors qasir li għamel f'din l-okkażjoni, il-Ministru ħabbar li għalkemm din is-sena ma kienx hemm surcharge fuq il-bolli tal-Milied, il-Maltapost plc xorta waħda qed timpenja ruħha li dawn id-donazzjonijiet ma jieqfux. Fil-fatt, minn din is-sena tpoġġew collection boxes fil-branches kollha tal-Maltapost fejn il-pubbliku li jmur biex jinqeda mill-posta ikun jista' jagħmel id-donazzjoni tiegħu.

Il-Maltapost plc min-naħa tagħha ser tagħmel tajjeb biex l-ammont li soltu jinġabar mis-surcharge fuq il-bolli xorta jinlaħaq billi toħroġ id-differenza. Il-Ministru appella lill-pubbliku biex meta jkun il-posta jagħti dik ix-xi ħaġa żgħira li żgur tkun kbira għal min jirċeviha. Hu faħħar l-impenn ta' dawk l-istituzzjonijiet li kienu qed jibbenefikaw minn dawn l-għotjiet.

L-ammont li tqassam din is-sena, u li ġej mis-set ta' bolli tal-Milied li ħareġ fis-sena 2001, huwa ta' Lm3000, li jfisser Lm300 aktar minn dak li tqassam is-sena l-oħra.

Fost dawk li bbenefikaw din is-sena, hemm diversi istituti tas-sorijiet ta' l-Ursolini, istituti oħra tat-tfal immexxija minn diversi ordnijiet reliġjużi, id-Dar tal-Providenza u Dar il-Kaptan, kif ukoll diversi għaqdiet volontarji, li jaħdmu b'risq persuni b'diżabilita' u għall-ewwel darba l-Equal Partners Foundation.

Għal din il-preżentazzjoni kienu preżenti s-Sur JA Mizzi, Chairman tal-Bord li jieħu ħsieb it-tqassim ta' dawn il-flus, id-Direttur tad-Djar tal-Knisja, rappreżentanti tal-Maltapost plc, kif ukoll diversi rappreżentati ta' dawk li ibbenefikaw minn dawn l-għotjiet

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow