DISKORS TA` L-ONOR GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, FL-OKKAZJONI TAT-TIFKIRA TA’ L-10 ANNIVERSARJU MINN META TWAQQFET L-AWTORITA` TA’ MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR (MEPA) – FLORIANA L-ERBGHA 18/12/2002
Sur Chairman, membri tal-Bord, ufficcjali ta` l-Awtorita` u mistiedna,
Huwa bi pjacir kbir li llum qieghed hawn fl-okkazzjoni ta’ din it-tifkira ta’ l-ghaxar anniversarju minn meta twaqqfet dik li kienet l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar, li minn din is-sena bdiet tissejjah l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Id-decizjoni li kien ha l-Gvern li jwaqqaf l-Awtorita` kienet decizjoni ta’ vizjoni ta’ kif ghandu jkun regolat l-izvilupp fil-pajjiz. Kienet decizjoni kuraggjuza wkoll ghax mhux kull Gvern huwa lest illi jcedi poter li ghandu x’jaqsam mal-permessi tal-bini u jghaddihom lil Awtorita`.
It-twaqqif ta’ l-Awtorita` ghaxar snin ilu sehh fi sfond ta’ snin twal li matulhom il-Ministru kellu poteri kbar minghajr kontroll dwar il-permessi tal-bini. Bejn is-snin erbghin u s-snin sittin saru diversi rapporti dwar l-ippjanar ta’ l-izvilupp ta’ l-art. Dan waqaf ghal kollox fis-snin sebghin u kwazi s-snin tmenin kollha. It-Town and Country Planning Act li kien approva l-Parlament fl-ahhar tas-snin sittin mhux talli qatt ma ddahhal fis-sehh izda talli fl-1981 il-Gvern ta’ dak iz-zmien iddecieda li jirrevokah. Barra minn dan, it-town planning section fid-Dipartiment tax-Xoghlijiet izzarmat.
Jekk xi hadd kien ikollu l-applikazzjoni tieghu michuda mill-Planning Area Permits Board il-Ministru kellu s-setgha li jaqleb id-decizjoni. Il-Ministru kellu wkoll il-poter li jiddikkjara kull art f’Malta bhala Building Development Area, il-Parlament japprovaha u ma jsir l-ebda studju dwar l-impatt ta’ decizjoni bhal din. Ghalhekk mhux b’kumbinazzjoni li s-snin sebghin u tmenin kienu s-snin li fihom sehhew l-ikbar sfregji fuq l-ambjent.
Il-haddiema li llum qeghdin hawn u dak iz-zmien kienu fid-Dipartiment tax-Xoghlijiet jifhmu iktar x’qieghed nghid. Fuq kollox huwa l-poplu Malti li llum ghadu jbati l-konsegwenzi tad-decizjonijiet hziena li saru fi zmien id-dlam ghall-ippjanar ta’ l-uzu ta’ l-art f’pajjizna. Il-policy tal-Gvern ta’ dak iz-zmien ma kienet tqis xejn li r-rizorsa ta’ l-art fil-pajjiz hija limitata.
Fl-1987, Gvern gdid iddecieda li jaghmel linja ta’ fejn jista’ jsir l-izvilupp. Din kienet
decizjoni ta’ Gvern li kellu u ghad ghandu vizjoni ghal pajjiz. Wara process ta’ konsultazzjoni pubblika, gew approvati l-Iskemi ghall-Izvilupp li ghadhom fis-sehh sal-lum. Din kienet decizjoni kuraggjuza ghax f’daqqa wahda, in-nies fehmu li f’dan il-pajjiz l-art ghall-izvilupp m’hiex bla limitu. Ikolli nghid izda illi sal-lum ghad hawn nies, u n-numru taghhom mhuwiex zghir, li jemmnu li jekk wiehed ghandu ghalqa din ghandu dritt jibni dar fuqha.
Fl-1992 gew approvati l-Ligi dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp, il-Pjan ta’ Struttura u fl-istess sena twaqqfet l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar. Dan kien il-pass fundamentali li permezz tieghu l-izvilupp ta’ l-art fil-pajjiz beda jsir b’mod ippjanat li jaghti kaz ta’ l-impatt fuq l-ambjent u li jaghti importanza fundamentali lill-partecipazzjoni tal-pubbliku fil-process kollu. Minn dakinhar ’il quddiem, il-Gvern ma harisx lura minkejja illi certi decizjonijiet li hadet l-Awtorita`, il-Gvern ma setax jaqbel maghhom. Il-Gvern izda ma heddedx illi jzarma lill-Awtorita` anzi kompla jiffinanzjaha b’mod konsistenti u qawwi. Il-Gvern ukoll ma ppruvax jimmina lill-Awtorita` permezz ta’ diskorsi li jkunu mmirati biex iwaqqghu il-moral tal-haddiema. Ghall-ahjar beneficcju ta’ l-ippjanar u l-harsien ta’ l-ambjent il-Gvern jemmen illi l-Awtorita` ghandha tibqa’ sservi lill-poplu Malti.
Ma nistax ma nghidx izda f’dan l-istadju illi l-partit illi llum qieghed fl-Oppozizzjoni u li jaspira li jkun fil-Gvern diga` ghamel stqarrijiet cari illi l-Awtorita` jrid igibha bhala dipartiment tal-Gvern. Ma nistax ma nghidx dan ghax nahseb illi kemm il-poplu Malti u kemm il-haddiema ta’ l-Awtorita` ghandhom jixtarru llum xi jfisser diskors bhal dan.
F’dawn l-ahhar ghaxar snin ir-rekord ta’ l-Awtorita` huwa wiehed impressjonanti ghall-ahhar. M’huwiex possibbli nsemmi l-kisbiet kbar li ghamlet l-Awtorita`. Ic-certifikat lill-Awtorita` ma naghtiehx jien izda Sir Peter Hall, espert ta’ l-ippjanar li hu rispettat fuq livell internazzjonali, u li kmieni din is-sena gie jzur l-Awtorita`. F’rivista internazzjonali, Sir Peter kiteb li l-Awtorita` "is one of the smoothest and smartest British style bureaucracies anywhere. If you doubt that, look at its incredible website." Anke fil-kamp tat-teknologija ta’ l-informatika, il-Gvern ma qaghadx lura milli jiffinanzja lill-Awtorita`. Dan sar biex l-Awtorita` tizviluppa s-sistemi taghha biex taghti l-aqwa servizz lil min ghandu bzonnu, jigifieri min japplika ghal zvilupp, min joggezzjona ghal zvilupp, periti u ohrajn. L-efficjenza li kisbet l-Awtorita` fis-servizzi taghha wassal biex din is-sena jkollha l-inqas livell ta’ applikazzjonijiet pendenti f’dawn l-ahhar ghaxar snin.
Din is-sena l-ikbar sfida li kellha l-Awtorita` u li ghad ghandha hija l-amalgamazzjoni bejnha u bejn dak li kien id-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent. Dan kien pass iehor ghaqli li ghamel il-Gvern. Wara ghaxar snin mit-twaqqif ta’ l-Awtorita`, il-Gvern rega’ kellu l-kuragg li jsahhah il-process ta’ kif jithares l-ambjent u jkun regolat l-izvilupp biex dan ikun sostenibbli u mhux biex jinhanaq. B’dan il-mod l-effetti pozittivi ta’ l-izvilupp ikunu jistghu isostnu l-harsien ta’ l-ambjent. L-agenda ta’ l-Awtorita` ghall-harsien ta’ l-ambjent hija wahda mimlija sfidi kbar. Izda dan m’ghandux ibezza’ jew jaqta’ l-qalb lil min irid jilqa’ dawn l-isfidi. Il-Gvern bil-fatti qieghed jiffinanzja, permezz ta’ miljun u nofs lira, inizzjattivi u programmi ta’ l-ambjent li qed tippjana l-Awtorita` ghas-sena li gejja. Dawn jinkludu apparat u azzjonijiet immirati biex itejbu l-kwalita` ta’ l-arja, il-bahar u l-ilma. L-Unjoni Ewropea qieghda wkoll taghti kontribut b’kemm jiswa terz ta’ miljun lira biex tissahhah il-kapacita` amministrattiva ta’ l-Awtorita` biex jithares l-ambjent. Ghal min ghandu vizjoni, l-isfidi ma jdejquhx. Il-Gvern ghandu vizjoni ghall-harsien ta’ l-ambjent u l-ippjanar ta’ l-uzu ta’ l-art fil-pajjiz u ghalhekk qed jiffinanzja lill-Awtorita’ biex twettaqha.
Fl-ahhar nappella lill-membri tal-Bord ta’ l-Awtorita` u l-impjegati kollha biex jiftakru li l-Awtorita` hija dak li jaghmluha huma. Fl-ahhar mill-ahhar, l-imgieba ta’ kull membru ta’ kull Bord u ta’ kull impjegat tissarraf f’servizz lejn il-pubbliku. Il-kwalita` tas-servizz li jinghata lill-pubbliku tissawwar skond kif wiehed ihares lejn il-pubbliku.
Sur Chairman, membri tal-Bord, direttur generali u diretturi, impjegati u mistiedna, filwaqt li llum qieghed prezenti maghkom sabiex infakkru l-ghaxar snin mit-twelid tal-Awtorita’, niehu l-opportunita’ wkoll sabiex nixtieqilkom Milied hieni, u futur mimli opportunitajiet sbieh ghalikom u ghall-familji taghkom.
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en