JITWAQQFU PROĊEDURI BIEX IKUN SIMPLIFIKAT IL-PROĊESS TAL-ĦRUĠ TAL-PERMESSI TA’ ŻVILUPP U LIĊENZJI TAN-NEGOZJU GĦAL MIN QIEGĦED JAĦDEM F’ŻONI INDUSTRJALI PRIVATI
Fl-laqgħa organizzata appositament mill-Small Business Unit, kemm fl-Imrieħel kif ukoll fil-Ħandaq, fejn kienu mistiedna jattendu s-sidien ta’ l-ażjendi li jaħdmu f’dawn iż-żoni industrijali, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar lil dawk li kienu preżenti l-waqfien ta’ kumitat ta’ koordinazjoni. Dan il-kumitat għandu l-għan ewleni li jżomm konsultazzjoni kontinwa bejn dawk kollha konċernati, biex ikun konfermat li l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji u permessi ta’ żvilupp mill-Malta Environment and PlanningAuthority ikunu simplifikati u għalhekk titnaqqas il-burokrazija.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid lil dawk preżenti: “Flimkien mal-MEPA, is-Small Business Unitand Crafts Directorate fil-Commerce Division ser tkun qed twaqqaf kumitat ta’ koordinazzjoni li jinkludi rapprezentanza mis-sidien ta’ l-ażjendi li hemm jaħdmu f’dawn iż-żoni industrijali bl-objettiv li dawn il-kumitati jkunu jistgħu jorganizzaw l-aħjar konsultazzjoni possibbli bejn il-MEPA u l-SBU u dan biex ikunu faċilitat l-proċess tal-ħruġ tal-permessi ta’ żvilupp mill-Mepa kif ukoll il-liċenzji ta’ negozji kif maħruġa mit-Trading Licensing Unit li hija direttorat f’ħdan l-istess divizjoni li tagħha tagħmel parti l-SBU".
Is-Sur Edwin Vassallo kompla jispjega l-ħidma ta’ dawn il-kumitati u qal li b’din id-deċizjoni li hija waħda mill-54 inizjattiva li jinsabu fil-pjan ta’ ħidma li bħala objettiv għandu l-implimentazzjoni tal-Politika Imprenditorjali. Din l-inizjattiva meħuda mill-MEPA u l-SBU ser twassal biex kull żona ser ikollha l-kumitat ta’ koordinazjoni rispettivament u dan għandu wkoll iwassal biex f’kull żona issa li tlesta l-proġett tat-toroq is-sidien bejniethom jikkordinaw ħidma li għandha twassal biex tinżamm aktar l-indafa filwaqt li wieħed jara li tinżamm ukoll l-aħjar ordni possibbli.
Jekk s’issa dawn iż-żoni xi ħadd kien jaħseb li ħadd ma jimpurtah minnhom, illum irrid ngħid li l-Gvern jimpurtah li jara li ħadd ma jaqa’ lura u għalhekk qed isir l-investiment meħtieġ biex dawn iż-żoni jkunu mogħtija s-servizzi kollha meħtieġa. Intom minthomx inqas min oħrajn bħalkom li qed tikkompetu magħhom f’pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Intom issa ser tkunu mogħtija l-istess kwalità ta’ servizzi li jirċievu huma, anzi jekk jista’ jkun intom għandhom ikun mogħtija servizz aħjar. Issa intom imprendituri, artiġjani ta’ pajjiż tajjeb li tkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Intom għandkom kontribut x’tagħtu lil pajjiż u l-pajjiż għandu obbligu li jgħinkom. Iżda issa wasal il-waqt li intom tgħinu wkoll lilkom infuskom.
Din hija inizjattiva l-Gvern qed joħodha għalikom. Ġejna biex nagħtukom servizz sħiħ. Mhux biss it-triq iżda iżjed min hekk, ġejna nagħtukhom oppurtunità li fiha intom qed tkunu mitluba timmaniġjaw iz-zona industrijali li fiha qeghdin tahdmu u dan biex l-investiment li sar hawn f’dawn it-toroq ikun ifisser ferm aktar minn sempliċiment għoti ta’ tarmac. Ġejna nagħtukom servizz li jmur ferm aktar ’il bogħod mit-triq. Issa aħna jimpurtana minkom. Irridu naraw li flimkien magħkom ngħelbu l-kumplikazzjoni tal-burokrazjia. Dan nistgħu naslu għalieh kemm-il-darba naħdmu flimkien."
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en