PREŻENTAZZJONI TA’ KREDENZJALI
PR1763
18/12/2002
Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru 2002, is-Sur Ives De Barro ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President tat-Tuneżija, l-Eċċellenza Tiegħu Zine El Abdin Ben Ali, bħala Ambaxxatur ta' Malta residenti f'Tuneż.
F’din l-okkażjoni, il-President Ben Ali tenna lill-Ambaxxatur De Barro li jispera li ma jdumx ma jagħmel Żjara Statali f'Malta, fejn ikun jista’ jiltaqa’ mill-qrib mal-bosta ħbieb Maltin li għandu pajjiżu, fosthom il-President Malti Guido de Marco, u li jkompli jsaħħaħ aktar ir-rabtiet mill-qrib li diġà għandhom iż-żewġ pajjiżi bejniethom.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en