“IR-RENJU UNIT GĦANDU X’ JITGĦALLEM MILL-PROGRESS LI QED TAGĦMEL MALTA FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-GVERN ELETTRONIKU” – VINCENT FEANE - KUMMISSARJU GĦOLI INGLIŻ
“Malta tinsab fuq quddiem fl-iżvillupp ta’ l-e-Government, u mingħajr dubju anke r-Renju Unit għandu ħafna x’jitgħallem minn Malta f’dan il-kuntest.” Dan qalu l-Kummissarju Għoli Ingliż, Vincent Fean,
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt qal li se jkun hemm skambju ta’ esperjenzi għas-segretarji eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali Maltin, sabiex jaħdmu fl-ambjent u l-atmosfera ta’ Unjoni Ewropeja. Il-Ministru Gatt irringrazzja lill-Gvern Ingliż tal-assistenza teknika kontinwa li qed joffri lill-Gvern Malti fil-preparazzjoni biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropeja. Dr. Gatt irringrazzja wkoll lill-Gvern Ingliz għall-appoġġ politiku biex pajjiżna kiseb l-aħjar pakkett li setgħa jinkiseb.
Dr. Gatt saħaq li l-isfida issa hija marbuta mal-ħtieġa li l-Kunsilli Lokali Maltin joħolqu proġetti li jkunu jistghu jigu finainzjati mill-Unjoni Ewropeja, u li jistgħu jtejbu l-ħajja tar-residenti.
Dr. Gatt semma’ s-sodisfazzjon tiegħu għall-kwalita tas-sottomissjonijiet li saru mis-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli li hadu sehem. Dr. Gatt spjega li huwa ta’ sodisfazzjon għalih, li minkejja d-differenzi li jistgħa jkun hemm għal allejanzi politiċi, r-riċerka li saret u li hija riflessa fis-sottomissjonijiet li saru , turi li llum l-Kunsilli Lokali kollha huma konxji ta’ l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropeja.
Is-Sur Fean, ikkonferma l-impenn tal-Gvern tar-Renju Unit li jkompli bil-pjan ta’ Azzjoni li tfassal fis-sena 2000, biex ikompli jassisti lil Malta fil-preparazzjoni tagħha għas-sħubija fl-UE. Huwa kompla jghid li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi hija waħda bilaterali, fejn anke ir-Renju Unit għandu x’jitgħallem minn Malta. Kien f’ dan il-kuntest, li għamel referenza għal fatt li Nick Raynsford, Ministru Ewlieni fil-Kabinett ta’ Tony Blair, huwa interessat u qed isegwi mill-qrib dak li qed jiġri f’Malta fil-qasam tal-e-Government, bl’għan li dak li qed isir fil-gżejjer Maltin, iservi ta’ bażi għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva ta’ Gvern Elettroniku fil-kuntest ta’ demokrazija lokali aħjar. (Diskors tal-Eċċ. V. Feane anness)
Minn naħa tiegħu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Dr. Ian Micallef, għamel analiżi dettaljata tas-sottomissjonijiet li saru mill-Kunsilliera Maltin. Huwa fisser li s-sottomissjonijiet li saru minn naħa tas-Segretarji Eżekuttivi jimlieh b’fiduċja li s-Segretarji Eżekuttivi ser ikunu bażi soda fit-tkabbir tal-Kunsilli Lokali wara li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. (Diskors ta’ Dr. Micallef Anness).
L-ewwel żewġ kunsilliera li ser jieħdu sehem huma is-Sur Paul Pace, Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill ta’ Ħad-Dingli, u s-Sur Claude Galea, Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill ta’ Ħal-Kirkop.
DOI - 17.12.2002
-------------------------------------------
Speech By the British High Commisioner, HE V. Feane
I am very glad to be here today with His Excellency Dr Austin Gatt, Minister for Justice and Local Government, to announce this very constructive initiative in local government cooperation between Malta and the United Kingdom. The initiative stems from fruitful discussion between Dr Gatt and the British Minister for Local Government, Mr Rick Raynsford, about how to strengthen our bilateral cooperation in the Council of Europe and in the European Union context.
In July 2000 the UK and Maltese Governments agreed the UK/Malta Europe Action Plan. Its aim is to meet requests from the Maltese Government to share experiences from the UK’s membership of the European Union. This initiative comes within the scope of the Action Plan, which is ongoing.
I should point out that the UK Government is fully conscious that the final decision on EU membership rests with the people of Malta, and with them alone. The UK will naturally respect their decision.
This initiative is intended to ensure that Malta’s local government practitioners – local council executive secretaries – have a clear picture of how British county councils operate in an EU context.
The councils to be visited in the UK are:
Cornwall – a county roughly comparable in population with Malta, and with similar interests in tourism and maritime – based economic development.
Torfaen and Neath Port Talbot, in Wales, a part of the UK with which Malta has strong links already. They can be strengthened further.
While in the UK the executive secretaries will hear how we deal with bidding for and executing projects under Objective 1 of the EU’s Structural Funds. They will also exchange best practice on the administration of local councils, and discuss ways of strengthening further our already strong bilateral links. I should emphasise that this is very much two way traffic: the UK expects to learn much from these visits, as well as to share our own experiences. For example, Malta has much to teach us about e-government in these very joined-up islands. Minister Nick Raynsford is very interested in that aspect of government, linking the centre with local democracy. Minister Gatt and I have discussed this: the UK is keen to work with Malta in this area, where Malta is leading the way.
The first group of executive secretaries will be in the UK, for visits lasting one or two weeks, in the first three months of 2003. I hope and expect that these exchanges will lead to greater cooperation both at practitioner and Ministerial level between Malta and the UK in 2003.
Finally, I should point out that the UK Government is working very closely with the Government of Malta through the Action Plan on the implementation of the EU acquis in other key areas: for example, justice and home affairs, rural development, health and safety at work, environmental protection, and customs procedures. We aim to complement and complete bilaterally the extensive efforts being undertaken by the European Union itself.
------------------------------------------------------
Il-Kunsilli Lokali Maltin bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea
Diskors ta’ Dr. Ian Micallef, President Assocjazzjoni Kunsilli Lokali
Nixtieq l-ewwelnett nifrah u nirringrazzja lil kull Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsilli Lokali li ppartecipa u ssottometta l-opinjoni tieghu dwar il-Kunsilli Lokali Maltin wara t-tkabbir li jmiss ta’ l-Unjoni Ewropea. Nistqarr illi ghalkemm ma nkontx involut fl-ghazla ta’ l-ahjar sottomissjonijiet hadt l-interess li naqra s-sottomissjonijiet kollha u dana sabiex jiena ukoll nevalwa l-interess u l-gharfien li ghandhom s-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali dwar l-Unjoni Ewropea. Is-sottomissjonijiet taghhom jimlini b’fiducja shiha li s-Segretarji Ezekuttivi sejrin ikunu bazi soda fit-tkabbir tal-Kunsilli Lokali wara li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea.
Irid nghid illi kull Segretarju Ezekuttiv ghamel ricerka xierqa dwar is-suggett filwaqt li ohrajn esprimew dak li huma jahsbu li se tkun il-posizzjoni tal-Kunsilli Lokali Maltin a bazi ta’ esperjenzi ta’ Gvernijiet Lokali fi stati membri ta’ l-U.E.
Tista’ tghid kull Segretarju Ezekuttiv ikkumenta dwar il-principju tas-sussidjarjeta’. Nsemmi kif per ezempju s-Segretarju Ezekuttiv tan-Naxxar Paul Gatt semma li skond it-trattati ta’ Maastricht u ta’ Amsterdam, il-Kummissjoni u l-Kunsill rridu jikkonsultaw mal-Kumitat tar-Regjuni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar materji li jista’ jkollhom effett f’livell lokali u regjonali. Christine Falzon, Segretarju Ezekuttiv ta’ l-Mgarr semmiet fost l-ohrajn kif il-holqien tal-Kumitat tar-Regjuni kien mezz ta’ kif l-Unjoni Ewropea ssahhah il-principju tas-sussidjarjeta’ billi tinvolvi l-politici lokali minn kull stat membru fid-diskussjoni dwar kull materja li jista’ jkollha effett f’livell lokali u regjonali. Tajjeb li hawnhekk insemmi li matul dawn l-ahhar xhur l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali gia’ giet mistiedna sabiex tattendi u tippartecipa fid-diskussjonijiet li jsiru fi hdan il-Kumitat ghar-Regjuni ta’ l-U.E. Din l-istedina taghti lehen gdid lill-Kunsilli Lokali Maltin u ’l quddiem bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kif ighid John Vella, Segretarju Ezekuttiv tas-Siggiewi, il-Kunsilli Lokali Maltin sejrin skond it-Trattat ta’ Nizza ikunu partecipi ukoll fid-decizjonijiet li jridu jittiehdu billi se jkollna hames membri bi dritt tal-vot fl-istess Kumitat tar-Regjuni.
Fuq l-istess principju tas-sussidjarjeta’ tkellem ukoll Hugh Zammit Segretarju Ezekuttiv tas-Swieqi fejn qal illi cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea ser ikollhom id-dritt li jkunu kandidati u jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali ta’ dak il-pajjiz membru li fih ikunu qed jirresjedu; dritt li se jibdew jibbenefikaw minnu ukoll dawk il-Maltin li huma residenti f’pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser aktar partecipazzjoni ta’ popli fil-politika lokali.
Diversi punti ohra ssemmew mis-Segretarji Ezekuttivi bhala per ezempju l-politika regjonali u l-fondi strutturali li minnhom tista’ tibbenefika Malta kif ukoll il-Kunsilli Lokali Maltin. Apprezzajt hafna d-dettal li dahlu fih Adrian Attard, u Kenneth Brincat, Segretarji Ezekuttivi tal-Marsa u Floriana rispettivament fejn semmew l-fondi li minnhom nistghu nibbenefikaw u kif il-fondi li Malta tircievi ghandhom ikunu ferm aktar minn dawk li Malta trid tikkontribwixxi lil Unjoni Ewropea. Izda aktar minn hekk innutajt b’sodisfazzjon punt interessanti li ghamel Victor Mifsud, Segretarju Ezekuttiv tal-Gudja dwar il-finanzjament. Ippermettuli nikkwota parti mis-sottomissjoni tas-Sur Mifsud fejn qal: " The involvement of local councils in applying for and in the absorbing of funds, wherever they come from, apart from the aspect of financial gain, would also contribute towards the further development of local governance in Malta. Up to now, local councils do not have to worry on how to get money but only how to spend it. Such involvement in the acquisition of funds will promote a more responsible and autonomous local government." Fuq l-istess tema ta’ finanzjament innutajt ukoll id-dettalji moghtija minn Paul Pace, Segretarju Ezekuttiv ta’ Had-Dingli dwar programmi u inizjattivi ta’ l-Unjoni Ewropea li Malta u l-Kunsilli Lokali jistghu jibbenefikaw minnhom. Fost l-ohrajn semma l-programmi bhal Leonardo da Vinci, Youth u Culture 2000, programmi li ghalkemm mhux specifikament immirati lejn il-Kunsilli Lokali, b’immaginazzjoni u inizjattiva l-Kunsilli Lokali jistghu jibbenefikaw minnhom kif fuq kollox gia’ qed jircievu numru ta’ Kunsilli wara l-koncessjoni li l-UE tghat lill-Malta bhala membru prospettiv ta’ l-Unjoni. Is-Segretarju Ezekuttiv ta’ Kirkop iqis l-opportunitajiet ta’ tahrig bil-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea bhala mezz ta’ kif takkwista gharfien u esperjenzi godda u b’hekk inkunu katalisti f’inizjattivi li jkabbru l-istandards tal-Kunsilli Lokali.
Numru ohra ta’ Segretarji Ezekuttivi semmew ir-regolamenti l-godda dwar tenders. Innutajt l-opinjoni ta’ Hector Cassola, Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsilli Lokali San Pawl il-Bahar u ta’ Joe Stafrace Segretarju Ezekuttiv ta’ tas-Sliema, fejn dan ta’ l-ahhar qal illi ghalkemm dan il-process sejjer johloq kompetizzjoni diretta ma’ kumpaniji lokali, dan il-process jwassal ghal tkabbir fl-ghazla u kkabbar il-kompetizzjoni f’termini ta’ prezz li ghandu jithallas mill-Kunsilli Lokali ghas-Servizzi taghhom.
Fil-messagg tieghi ta’ dalghodu rrezistejt milli naghmel il-kummenti tieghi dwar il-posizzjoni tal-Kunsilli Lokali Maltin fl-Unjoni Ewropea ghaliex hassejt li huwa aktar xieraq u denju li nesprimi dak li ssottomettew b’tant reqqa s-Segretarji Ezekuttivi kollha li ppartecipaw. Ghal hekk niehu l-opportunita’ li nifrah lis-Segretarji Ezekuttivi, inkluz ukoll lil dawk li ma semmejtx fil-messagg tieghi.
Naghlaq bi kwotazzjoni mehuda mis-sottomissjoni tas-Segretarju Ezekuttiv ta’ Zurrieq, Adrian Mifsud: "Il-partecipazzjoni taghna fl-Unjoni Ewropea tfisser orizzonti godda fil-qasam socjali, fejn ghandna diversi ezempji fl-Ewropa li juruna t-titjieb li sar b’assistenza teknika u finanzjarja offruti mill-Unjoni Ewropea. Inzommu mal-pass tajjeb li qbadna fil-politika elettronika taghna, fejn ikollna qafas akbar li bih nelghbu d-divizjoni digitali….L-Unjoni Ewropea ser tfisser sfidi u opportunitajiet godda ghal Kunsilli Lokali. Iridu ngharfu niehduhom b’mexxejja kapaci lesti biex jimmodernizaw u jittrasformaw il-Kunsilli Lokali ghal Gvern Lokali. B’hekk biss ic-cittadin jirbah u nsahhu d-demokrazija lokali."
-----------------------------------------
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en