Left arrow Mur Lura

Messagg mill-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta, Ghall-Milied u s-Sena l-Gdida, Lill-Maltin u Ghawdxin li Jghixu Barra minn Malta

PR1751
Date Icon 16/12/2002

Gheziez Maltin u Ghawdxin li tghixu ‘l hemm minn xtutna, 

Hekk kif is-sena tersaq lejn it-tmiem taghha, hija drawwa sabiha ghalija li nibghatilkom huti Maltin u Ghawdxin mxerdin mad-dinja kollha, t-tislijiet tieghi filwaqt li naqsam maghkom xi ftit hsibijiet.

Sena ilu, fil-messagg li bghattilkom, kont ktibt fuq it-trawma li d-dinja ghaddiet minnha minhabba t-terrorizmu. Kont stqarrejt it-tama tieghi li qatt aktar ma konna ser naraw vjolenza kerha kif rajna gewwa New York. Sfortunatament pero’, ghal darba ohra, matul din is-sena li wasslet biex tispicca, kellna nergghu nduqu, l-kruha tat-terrorizmu. Kienu hafna l-Awstraljani li tilfu hajjithom, fosthom xi whud ta’ dixxindenza Maltija, fl-att terroristiku li sehh gewwa Bali, fl-Indonesja. It-terrorizmu ma ghandux principji jew religjon; la fruntieri u lanqas nazzjonalita’. Hadd u mkien m’hu protett mit-terrorizmu. Ghandna lkoll niggieldu kontra t-terrorizmu.

L-ostakoli ghall-paci fost diversi popli u regjuni fid-dinja huma bosta u difficli. It-triq ghall-paci fid-dinja ser tkun sfida importanti matul is-sena li gejja. Ghandna nzommu tixghel fina l-isperanza li l-popli u l-mexxejja taghhom, jipperseveraw fid-djalogu bejniethom u fit-tfittix ghall-soluzzjonijiet li jwasslu ghall-paci.

L-2003 ser tkun sena mportanti ferm ghall-pajjizna. Il-Maltin ghandhom jiehdu decizjoni mportanti fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropeja. Huwa l-poplu Sovran li ghandu jiehu din id-decIzjoni fuq il-futur ta’ Malta. F’demokrazija bhalma hi dik Maltija, ir-rieda tal-poplu ghandha tigi rispettata.

Illum il-qraba taghkom qeghdin jghixu f’Malta moderna li tgawdi wiehed mill-aktar livelli tal-ghixien gholja fil-Mediterran. Dan l-izvilupp seta jsir billi komplejna nibnu fuq it-twemmin u l-valuri li writna minghand missirijietna. Ahna kburin li qeghdin nghixu f’socjeta’ li mhux biss tinsisti fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, izda hija socjeta’ li tfittex il-partecipazzjoni tal-persuni b’disabilita’, hija socjeta’ li tghin lil min hu batut. Hemm bzonn il-kontribut ta’ kulhadd, anke taghkom, biex Malta tkompli timxi ‘l quddiem.

Jiena kburi bikom, il-Maltin li tghixu barra, ghaliex intom xhieda tal-kapacita’ Maltija. Intom integrajtu sewwa fis-socjetajiet ta’ madwarkom minkejja l-problemi li stajtu tiltaqghu maghhom, u permezz ta’ xogholkom u ta’ ghemil taghkom gibtu rispett ghall-isem ta’ Malta. Ta’ dan nirringrazzjakom u nghidilkom li Malta dejjem tiftakar fikom. Dan hu rifless fill-ligi tac-cittadinanza doppja. Huwa proprju ghalhekk li kull fejn inzur, ninsisti li niltaqa’ mal-komunita’ Maltija. Ta’ spiss ukoll nilqa’, fl-ufficcju tieghi fil-Palazz il-Belt, assocjazzjonijiet ta’ Maltin ta’ barra.

F’isem il-poplu Malti kollu, nawgura lilkom huti Maltin u Ghawdxin u lill-familji taghkom li tinsabu barra mix-xtut ta’ Malta, l-isbah xewqat ghall-Milied u sena gdida mimlija paci u prosperita’.

Guido de Marco     
                                                                                President ta' Malta

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow