Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-KOMPETIZZJONI TAL-MIC DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-EKOTURIZMU

PR174
Date Icon 13/02/2002

Il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo attenda u tkellem waqt it-tnedija ta’ attività tal-MIC b’rizq il-programm ghas-Sena Internazzjonali tal-Ekoturizmu mhejji mill-Gvern u koordinat mill-Ministeru tat-Turizmu.

Il-Ministru ferah lill-MIC ghal din l-attività u rringrazzja lill-Awtorità tat-Turizmu u l-AirMalta talli sponsorjaw il-premijiet li nghataw lill-rebbieha tal-kompetizzjoni ghat-tfal ta’ l-iskejjel li qed issir fuq inizjattiva tal-MIC.

L-attività ta’ dalghodu hi kontribut li qed jaghti ghal din il-hidma l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.

Il-Ministru Refalo fakkar li s-Sena Internazzjonali ta’ l-Ekoturizmu giet imnedija mill-Gnus Maghquda propju ghaliex l-istess industrija tat-turizmu ntebhet, forsi tard wisq, li filwaqt li t-turizmu jkattar hafna gid u progress, jista’, jekk ma jigix ippjanat bil-hsieb u b’mod li ma jikkagunax dannu, johloq problemi kbar ghall-ambjent naturali, il-wirt kulturali u storiku ta’ lokalitajiet l-aktar imfittxija minn turisti tal-massa.

"Hu minnu li sew internazzjonalment kif ukoll lokalment, f’Malta u f’Ghawdex, l-industrija wettqet gid izda kkagunat hsara, f’certi kazi b’mod irreparabbli.

"Ghalhekk", sostna l-Ministru "jisthoqq li l-industrija trod lura u taghmel tajjeb ghal dan."

L-industrija tat-turizmu qed tinvesti flus u hidma biex twassal messagg favur l-Ekoturizmu. "Messagg ta’ riparazzjoni u fl-istess hin messagg ta’ gharfien. Ghaliex maz-zmien il-massa ta’ vjaggaturi kisbet drawwiet godda, ghandha gosti different u tfittex aktar minn xemx u bahar."

Il-Ministru qal li f’dawn iz-zminijiet it-turist irid il-mistrieh, irid id-divertiment izda jrid ukoll jaghmel mis-safra tieghu esperjenza. "Esperjenza ta’ taghlim dwar l-istorja, il-kultura, id-drawwiet, il-poplu u l-pajjiz li jzur."

Dan juri l-importanza li pajjiz jirkacca b’mod posittiv il-prodott u l-attrazzjonijiet differenti u unici ta’ l-offerta li jpoggi fil-vetrina.

"Waqt li fil-kejl tal-kompetitività l-prezz ghadu importanti, il-vjaggatur jaghti kaz ukoll il-varjetà u d-differenza fl-offerta u l-valur f’termini ta’ servizz u nefqa".

L-investiment ta’ l-industrija fl-ekoturizmu qed taghmlu ghaliha nnifisha, "Biex tibqa’ rilevanti, biex taqdi l-htigijiet anki kummercjali taghha, ghax intebhet li ma tistax tkompli tiddistruggi l-istess pregji u attrazzjonijiet li jaghzlu lokalità minn ohra u li t-turist tal-lum isiefer biex jara u jgawdi".

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow