Left arrow Mur Lura

WORKSHOP TAT-TEKNOLOĠIJA ĠDID GĦAT-TAĦRIĠ TA' L-ISTUDENTI TA' L-UNIVERSITA'

PR1739
Date Icon 12/12/2002

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea fetaħ uffiċjalment workshop tat-teknoloġija ġdid għall-istudenti ta' l-Universita li jkunu qed isegwu korsijiet fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni f'suġġetti li għandhom x'jaqsmu mat-tagħlim tat-teknoloġija. 

Dan il-workshop għandu jkompli jsaħħaħ ir-riżorsi li għandu l-pajjiż biex jħarreġ l-għalliema f'dan il-qasam u li jinkludu tlett workshops oħra fl-Instructors Training Unit fin-Naxxar. Fl-Universita' bħalissa hemm mal-100 student li qedhin isegwu kors li jwassal għal Ċertifikat fl-Edukazzjoni Teknoloġika u 31 student li qed isegwu l-kors tal-B.Educ. u li qed jispeċjalizzaw f'suġġetti tekniċi.

It-tagħlim ta' l-Edukazzjoni Teknoloġika (Technology Education) hu wieħed mir-riżultati tar-riforma li saret fl-iskejjel tas-snajja` u t-tagħlim vokazzjonali. B'riżultat ta' din ir-riforma is-suġġett beda jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji minflok fl-iskejjel tas-snajja` li kienu qed imutu mewta naturali peress li ħadd ma ried jibgħat lit-tfal tiegħu f'dawn l-iskejjel. Ir-riforma qalbet ix-xejra negattiva li kien hemm u f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm żidiet konsiderevoli fin-numru ta' studenti li jagħżlu dan is-suġġett.

Il-Ministru Louis Galea qal li l-Edukazzjoni Teknoloġika trid tistimola l-ħsieb u l-kreattivita` fit-tfal tagħna, u l-kwalitajiet tal-moħħ iridu jiżżewġu mal-ħiliet ta’ l-id. Hu qal li minn Ottubru 2000 beda jiġi ntrodott is-suġġett ta’ Edukazzjoni Teknoloġika fl-iskejjel sekondarji. 14-il skola sekondarja fetħu l-bibien tal-workshops ġodda tagħhom għall-istudenti li xtaqu jitgħallmu l-Edukazzjoni Teknoloġika filwaqt li jkomplu għaddejjin bit-tagħlim ta’ suġġetti akkademiċi. Hu qal li nħolqu b'kollox 27 workshop ġdid, li swew Lm5000 il-wieħed. Kull workshop li nħoloq ingħata l-ispazju u ambjent xieraq u ġie attrezzat b’għodod u makkinarju modern meħtieġ, kif ukoll ġew assenjati żewġ għalliema u technician.

Il-Ministru qal li bħalissa f'dawn il-workshops hemm jgħallmu 53 għalliema ta’ dan is-suġġett u nħoloqu ukoll l-istrutturi u l-appoġġ meħtieġ. Inħoloq dipartiment ġdid, fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li jieħu ħsieb it-teknoloġija fl-edukazzjoni, dan jinkludi t-tagħlim tat-teknoloġija u ta' l-informatika u komunikazzjoni kif ukoll l-infrastruttura teknoloġika fl-iskejjel. Biex l-għalliema jkollhom l-appoġġ meħtieġ ġew maħtura Education Officer, tlett Subject Co-ordinators u seba' Support Teachers.

Il-Ministru qal li l-ħsieb hu li t-tagħlim ta' l-Edukazzjoni Teknoloġika irid jinfirex fil-livell sekondarju kollu u eventwalment fil-livell primarju ukoll għax t-tagħlim ta' dan is-suġġett jagħti lill-istudent ħiliet li huma meqjusa essenzjali għad-dinja tal-lum u t’għada. Dan se jfisser li se jkun hemm bżonn ta' aktar għalliema mħarrġa f'dan il-qasam u għalhekk hu essenzjali li jkun hemm il-faċilitajiet meħtieġa għat-taħriġ ta' l-għalliema.

Il-Ministru temm jgħid li dan is-suġġett ukoll qed jgħaddi mill-proċess ta' żvilupp li qed iġib miegħu it-twettieq tal-Kurrikulu Nazzjonali u hemm Focus Group li twaqqaf apposta biex joħloq pjan ta' azzjoni biex il-prinċipji u l-għanijet tal-Kurrikulu jitwettqu b'mod prattiku fit-tagħlim ta' dan is-suġġett, fl-istess ħin tlesta l-abbozz ta' sillabu ġdid ta’ l-Edukazzjoni Teknoloġika fil-primarji u s-sekondarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow