Left arrow Mur Lura

JUM IL-QARI FIL-GUDJA

PR1738
Date Icon 12/12/2002

Il-Kunsill Lokali tal-Gudja flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji, il-librerija tal-Gudja u ż-żewġ skejjel, tal-Gvern u tal-Knisja, li hemm fil-Gudja organizzaw ġurnata ta` attivitajiet marbutin mal-qari.

L-attivitajiet kienu jinkludu:

  • Laqgħa għal kulħadd fl-iskola Primarja tal-Gvern fuq l-‘Importanza tal-Qari fil-Ħajja tal-Bniedem’
  • ‘Storytelling’ mit-tfal ta’ year 5 u year 6 fiż-żewġ skejjel lit-tfal tal-year 1, year 2 u kinder ta' l-istess skejjel. Din is-sezzjoni ta’ ‘Storytelling’ ħadet il-forma ta’ reċti u mimi u stejjer animati mit-tfal għat-tfal.
  • Quiz għat-tfal ta’ year 4 fl-iskola St. Joan Antide. It-tema magħżula kienet ‘Kemm inħobb naqra’.
  • Esibizzjoni fiż-żewġ skejjel mit-tfal tal-Year 3 bit-tema ‘Il-Ktieb’. Tfal tal-Year 3 ta’ skola żaru il-wirja ta’ l-iskola l-oħra.

L-aħħar attivita` f'din il-ġurnata saret fis-sala ta' l-iskola St. Joan Antide, fejn inqraw diversi siltiet u poeżiji. It-tfal kollha tal-Gudja li għalqu seba' snin kif ukoll it-tfal kollha li pparteċipaw f'din il-ġurnata ddedikata għall-qari ngħataw ktieb biex ikomplu jaqraw u jħeġġu l-imħabba għall-qari.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea fil-ftuħ ta' l-attivita` ta' filgħaxija qal li l-Kunsill Lokali u l-Iskejjel tal-Gudja irnexxielhom joħolqu sħubija tajba bejniethom għall-ġid ta' l-istudenti u tal-lokalita' tal-Gudja. Il-Ministru fisser l-importanza tal-qari u l-kitba li flimkien ma` ħiliet importanti oħra jagħmlu mit-tfal tagħna riżors uman ta' valur għoli. Hu qal li fl-istess ħin, il-qari mhux għat-tfal biss imma kulħadd għandhu jsib ftit ħin kull jum għall-qari għaliex il-qari mhux biss iżommok aġġornat ma` dak li jkun qed jiġri fid-dinja madwarek, iżda hu mezz importanti fil-kisba ta' l-għerf.

Il-Ministru qal li l-kitba u l-qari huma essenzjali għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna. Il-Ministru tenna li pajjiżna mexa 'l quddiem ħafna fl-aħħar ħamsin sena u dan għaliex bħala pajjiż dejjem emminna li l-edukazzjoni trid tkun ta' l-għola kwalita'. Il-Ministru qal li f'pajjiżna qed jirnexxielna innaqqsu l-illitteriżmu u fl-aħħar snin r-rata ta' l-illitteriżmu fost iż-żgħażagħ li ħerġin mill-iskejjel tagħna niżlet għal 1.4% (minn 4% fl-1995).

"Dan ma jfissirx li ma fadalx ħafna xi jsir" qal Dr. Louis Galea "iżda juri li d-diversi inizjattivi li qed jittieħdu qed iħallu l-frott u għalhekk irridu nkomplu naħdmu biex nilħqu lil kulħadd". Il-Ministru tkellem dwar id-diversi inizjattivi li qed jittieħdu fil-qasam ta' l-illitteriżmu fosthom il-program 'Let Me Learn', dak tal-Complementary Education, il-programmi tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, Ħilti u Id f'Id, dawk tal-Literacy Unit u ta' l-Special Learning Difficulties Unit.

Il-Ministru qal li l-Gvern jappoġġa l-ħidma tal-Kunsilli Lokali u jemmen fihom bħala katalist ewlieni biex kull lokalita' timxi 'l quddiem. Hu qal li l-Kurrikulu Nazzjonali jagħmel ukoll emfasi fuq l-iżvilupp ta' l-iskejjel bħala ċentri edukattivi fil-kommunita' u qed issir ħidma biex dan iseħħ fil-prattika permezz ta' Focus Group li twaqqaf apposta.

Il-Ministru temm jgħid li qatt daqs illum ma kien hawn opportunitajiet ta' tagħlim u taħriġ għal kulħadd f'kull strata tas-soċjeta' Maltija u dan għaliex l-Gvern qiegħed jkattar l-opportunitajiet u jinvesti bil-għaqal fil-futur ta' ulied il-poplu. Din is-sena l-infieq fl-edukazzjoni se jkun ilaħħaq il-Lm 100 miljun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow