IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA F’COPENHAGEN U GĦAS-SUMMIT TAL-PARTITI POPOLARI EWROPEJ (PPE)
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għad-Danimarka, fejn se jieħu sehem fis-Summit tal-PPE u fil-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea li fiha se jieħdu sehem il-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjiżi li se jissiehbu fl-Unjoni Ewropea.
Waqt il-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jingħalqu n-negozjati ta’ sħubija bejn l-għaxar pajjizi li se jissieħbu, fosthom Malta, u l-Unjoni Ewropea.
Għall-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, iċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana, il-Kap tad-Direttorat tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon u il-Kap tal-Malta-EU Information Centre, Simon Busuttil.
Fid-Danimarka, se jingħaqdu mad-delegazzjoni, l-Ambaxxatur Victor Camilleri u l-Ambaxxatur Carmel Aquilina.
Għall-Laqgħa tal-Partiti Popolari Ewropej, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat minn Dr Jason Azzopardi.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 14 ta’ Dicembru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en