PROGRAMM EDUKATTIV MUZIKALI MILL-ORKESTRA NAZZJONALI
L-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta organizzat sessjoni mit-tieni sensiela ta’ Programmi Edukattivi Muzikali, din id-darba f’Ghawdex. Din is-sensiela ta’ programmi, imnedija b’success kbir f’Lulju li ghadda fic-Centru ghal-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Gakbu, hija mahsuba specifikament ghat-tfal ta’ l-iskola sabiex tohloq iktar konoxxenza tal-muzika f'’ambjent informali u ta’ hbiberija. Din hi l-ewwel darba li l-Orkestra Nazzjonali tellghet din is-sessjoni f’Ghawdex.
Matul din il-gimgha l-Orkestra Nazzjonali ser tkun zaret 4 skejjel madwar Malta u Ghawdex sabiex tintroduci l-arti tal-muzika orkestrali fost it-tfal ta’ l-iskejjel. L-iskejjel maghzula huma l-Verdala Junior Lyceum tas-Subien, il-Kullegg St. Edwards, l-iskola sekondarja tal-Bniet Adelaide Cini u l-kumpless Ninu Cremona gewwa r-Rabat Ghawdex. Din hija opportunita’ ideali sabiex tfal ta’ l-iskola jiffamiljarizzaw irwiehhom mas-sezzjonijiet u l-istrumenti diversi ta’ orkestra u fl-istess hin jesperjenzaw orkestra mill-vicin, esperjenza li ghal xi whud hija ta` ewwel darba.
Wara s-success ta’ l-ewwel programm u l-aspettattivi gholjin ta’ dawn l-attivitajiet f’dawn il-jiem, il-Bord ta’ l-Orkestra Nazzjonali jippjana illi dawn il-programmi edukattivi jinzammu fuq bazi regolari.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en