DISKUSSA STRATEĠIJA BIEX TINQATA' L-KAĊĊA U L-INSIB ILLEGALI
Dalgħodu ltaqa' il-Bord għall-Monitoraġġ ta' l-Ambjent li kien indirizzat mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech u mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern George Pullicino.
Francis Zammit Dimech emfasizza dak li rnexxielu jwettaq il-bord minn mindu twaqqaf. Hu rringrazzja lill-membri tal-bord ghall-kontribut u x-xoghol iebes taghhom. Hu qal li l-bord kellu issa jiffoka dwar arei speċifiċi ta' inkwiet. Hu qal li t-twaqqif tal-Bord ghall-Monitoraġġ ta' l-Ambjent wassal biex korpi li tradizzjonalment jopponu lil xulxin jaħdmu flimkien biex jikkonfrontaw attivitajiet illegali f'Malta u Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino qal li jieħu pjaċir jinnota li kien hemm kunsens ġenerali fil-bord dwar il-ħtieġa li jkunu nfurzati r-regolamenti dwar l-għasafar u l-insib.
Il-laqgħa tal-bord inkludiet membri tal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti u ta' Birdlife Malta. Iż-żewġ organizzazzjonijiet kienu rappreżentati mill-presidenti rispettivi tagħhom, Joe Buttigieg u Joe Mangion. Iż-żewġ naħat ftiehmu li għandhom jiżdiedu l-isforzi biex titwaqqaf il-kaċċa illegali. Priorita' għall-bord se tkun il-kaċċa illegali fuq il-baħar, l-użu illegali ta' cassettes ta' l-għasafar u l-użu tar-ranja.
Għal din il-laqgħa, l-Korp tal-Pulizija kien rappreżentat mill-Assistent Kummissarju s-Sur Josie Brincat, filwaqt li l-Forzi Armati ta' Malta kienu rappreżentati mill-Maggur Emanuel Mallia.
Il-bord, li hu presedut minn Saviour Balzan, se jiltaqa' din il-ġimgħa biex jiddiskuti strateġija biex jikkumbatti kaċċa llegali fuq il-baħar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN