PARTY TAL-MILIED GHALL-ANZJANI LI JIRCIEVU S-SERVIZZ TAL-HOMEHELP
Bhal kull sena, madwar 600 anzjan u anzjana li jircievu s-servizz tal-Homehelp mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità, attendew ghall-party tal-Milied f’ restaurant fil-Mellieha.
Meta kien qed ikellem lill-anzjani prezenti, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, qal li il-Homehelp huwa wiehed minn diversi servizzi li joffri l-Gvern prezenti lill-anzjani fid-djar taghhom. Is-Servizzi ghall-Anzjani fil-Komunità, - bhalma huma s-servizz ta’ Handyman, Mealson Wheels, Inkontinenza, Telecare, u Day Centres, huma kollha mahsuba sabiex l-anzjani jibqghu jghixu fil-belt jew rahal taghhom mal-familji taghhom, kif ukoll ikunu independenti u allura ma jkunux ta’ piz fuq il-familjari taghhom. Dan is-servizz jinghata lil madwar 3000 households f’Malta u Ghawdex.
Dr. Mifsud Bonnici kompla billi qal li dawn is-servizzi jiswew il-miljuni ta’ liri u ghalhekk la ghandu jkun hemm hela u lanqas abbuz, biex jinghataw lill min veru ghandu bzonn, biex b’hekk inkunu nistghu naghtu servizz ahjar.
Dr Mifsud Bonnici hawnhekk ghamel appell lil dawk kollha li jahdmu f’ dan is-servizz, jigifieri lil Casual Social Assistants, kollha li huma madwar 600. Huwa fakkar li mill-ewwel ta’ Jannar li gej, dawn ser jibdew igawdu minn kundizzjonijiet ta’ xoghol ahjar kif thabbar fil-budget ghas-sena 2003. Huma ser jibdew jitqiesu bhala Part-Timers, u ghalhekk ser ikollhom kundizzjonijiet ahjar ta’ xoghol bhalma huma leave u sick-leave. Is-Segretarju Parlamentari hawnhekk ghamel appell lil dawn il-haddiema. Huwa heggighom sabiex filwaqt li ma jinsewx li qed jahdmu ma’ anzjani u allura jehtieg li juru aktar dedikazzjoni u rispett, Dr Mifsud Bonnici qal li l-Gvern jistenna li s-servizz tal-Homehelp jitjieb. Il-Gvern huwa kommess li joffri l-ahjar servizzi lill-anzjani, kif ukoll l-ahjar kundizzjonijiet ghall-haddiema tieghu, però irridu naraw li l-anzjan qed jircievi s-servizz li jixraqlu.
Dr Mifsud Bonnici fakkar li bhalissa wkoll il-Gvern ghandu progetti kapitali, fosthom qed isir tkabbir fid-Dar ta’ l-Anzjani fiz-Zejtun, fir-Residenza San Vincenz qed jinbnew mill-gdid il-Blokki 1,2,3,4, tan-Nisa u Rgiel, kif ukoll ser ikomplu jinfethu aktar Day Centres godda s-sena d-diehla.
Fl-ahharnett Dr Mifsud Bonnici filwaqt li rringrazzja lill-istaff tax-xoghol taghhom lejn l-anzjani, huwa ta l-awguri tieghu ghall-Milied u Sena Gdida.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en