LAQGHA BEJN IL-MINISTRU TA’ L-INTERN DR TONIO BORG U L-VICI MINISTRU TAS-SIGURTÀ PUBBLIKA TAC-CINA MR ZHAO YONHGJI
Il-glieda kontra l-kriminalità fl-oqsma ekonomici u finanzjarji, il-promozzjoni ta’ koperazzjoni bilaterali fl-oqsma li ghandhom x’jaqsmu ma’ infurzar tal-ligi u tahrig ta’ Pulizija u l-immigrazzjoni illegali, kienu t-temi diskussi f’laqgha li saret dal-ghodu fil-Ministeru ta’ l-Intern bejn il-Ministru Dr Tonio Borg u l-Vici Ministru tas-Sigurtà Pubblika tac-Cina Mr Zhao Yongji.
Il-Vici Ministru Yongji qieghed ghal zjara ufficjali ta’ erbat ijiem u jinsab akkumpanjat minn delegazzjoni li tinkludi l-Ambaxxatur Ciniz ghal Malta l-ET Yang Guirong, u d-Deputati Diretturi ta’ l-oqsma ta’ kontra l-Frodi, l-Amministrazzjoni ta’ l-Immigrazzjoni, Koperazzjoni Internazzjonali u l-Kontroll tal-Fruntieri fic-Cina.
Il-Ministru Borg fisser ir-relazzjoni bejn Malta u c-Cina bhala wahda soda kif jixhed il-fatt li l-Ministri ta’ materja daqshekk sensittiva qed jiltaqghu u jiftehmu dwar koperazzjoni f’oqsma bhal ma huma l-glieda kontra l-kriminalità u d-droga.
Il-Ministru Borg fakkar kif f’Ottubru 2001 hu kien mexxa delegazzjoni Maltija f’laqgha li kellu mal-Ministru tas-Sigurtà Pubblika tar-Repubblika Ciniża Mr Jia Chen Wang f’Beijing. Iz-zewg pajjizi qablu li jsahhu l-koperazzjoni fl-oqsma tas-sigurtà, traffikar tad-droga, terrorizmu u kriminalità internazzjonali. Fl-istess zjara, ġie ffirmat ftehim bejn Malta u c-Cina dwar koperazzjoni kontra t-traffikar illelgali u l-abbuz tad-droga.
Il-Ministru Borg qal li l-laqgha tal-lum se sservi wkoll biex jigu diskussi l-metodi kif dan il-ftehim se jkun implimentat.
Il-Vici Ministru Zhao Yongji esprima s-sodizfazzjon tieghu ghaz-zjara li qed jaghmel f’Malta u qal li fil-ftit zmien li ilu f’pajjizna seta’ jinnota li kemm Malta kif ukoll ic-Cina ghandhom storja twila u rikka, kif ukoll zvilupp kulturali simili. Dan juri, kompla l-Vici Ministru Ciniz, li z-zewg pajjizi ghandhom ukoll interessi komuni, fosthom dak li jipprotegu t-turizmu.
Huwa semma l-ftehim bejn iz-zewg pajjizi kontra t-traffikar tad-droga u wera r-rieda biex tkompli d-diskussjoni dwar ftehim iehor li ghad irid jigi milhuq, li huwa dwar il-glieda kontra l-kriminalità trans-nazzjonali. Huwa qal li l-kriminalità ma taghrafx fruntieri u l-koperazzjoni bejn il-pajjizi ghandha tkun mezz importanti kif il-glieda kontra din it-tip ta’ kriminalità tigi miggielda.
Ghal din il-laqgha kien prezenti wkoll l-ambaxxatur Malti ghac-Cina l-ET Saviour Borg, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern George Pullicino u s-Segretarju Permanenti Dr Godwin Grima.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en