Left arrow Mur Lura

Jidhol fis-sehh l-Att dwar l-Immigrazzjoni

PR1713
Date Icon 06/12/2002

Nhar il-Hadd 8 ta’ Dicembru 2002 se jidhol fis-sehh l-Att dwar l-Immigrazzjoni li se jgib titjib konsiderevoli, l-aktar kif issir l-ordni tad-deportazzjoni ta’ l-immigranti llegali.

Wahda mill-bidliet li qed iggib maghha din il-ligi l-gdida hija li l-ordni tad-deportazzjoni ghall-immigranti klandestini, issa tista’ tinhareg mill-Kummissarju tal-Pulizija. Sal-lum, kull immigrant klandestin kien ikollu jittella’ l-Qorti biex tinhareg l-ordni biex ikun jista’ jigi deportat. Dawk il-klandestini li jkunu zbarkaw f’Ghawdex kien ikollhom jittellghu fil-Qorti t’Ghawdex, sabiex tkun tista’ tinhareg l-ordni ta’ deportazzjoni.

Dan it-tibdil fil-ligi, minbarra li se jiffacilita u jhaffef il-process ta’ deportazzjoni, se jnaqqas ukoll il-volum ta’ xoghol fuq il-Qrati taghna.

Il-klandestini li kontrihom tkun inharget ordni ta’ deportazzjoni, ghandhom ukoll il-facilità li jappellaw minn din id-decizjoni permezz ta’ Bord ta’ l-Appelli ta’ l-Immigrazzjoni, li qed jitwaqqaf apposta ghal dan il-ghan.

Il-membri ta’ dan il-Bord se jkunu l-Avukat Ramon Rossignaud bhala chairman u l-Avukat Lorraine Conti u s-sur Godwin Cilia bhala membri.

Din il-ligi se tkompli ssahhah lill-awtoritajiet tal-Pulizija fil-mod kif jimmaniggjaw il-problema ta’ l-immigrazzjoni klandestina.

Bis-sahha ta’ l-emendi fil-Kodici Kriminali li dahlu fis-sehh f’Mejju ta’ din is-sena, gie ntrodott ir-reat ta’ traffikar tal-persuni. Barra minn dan, bl-emendi l-godda, dawk il-linji ta’ l-ajru li jgorru lejn Malta persuni li ma jkollhomx visa, jistghu jigu mmultati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow