LM 23,716 IPPREZENTATI F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco illum, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret fil-Palazz, Valletta. It-total tas-somma ippreżentata tlaħħaq il-LM 23,716.
97 individwu u 13-il istituzzjoni filantropika bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-individwi bbenefikaw minn total ta' Lm16,316, li minnhom, madwar Lm8,461 huma għajnuna għal apparat speċjali. Dan l-apparat specjali jikkonsisti fi special wheelchairs, special buggies, lifting chairs u oħrajn.
It-total ta' donazzjonijiet, li minnhom ibbenefikaw diversi istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet, huwa ta' Lm7,400. Fost dawk li rċevew l-għajnuna insibu:
Eden Foundation Lm 1000
Friends of Attard Hospital Lm 1000
Little Sisters of the Poor Lm 1000
Holy Family Lm 1000
Malta Hospice Movement Lm 800
Azzjoni Kattolika Lm 500
Ċentru Taħriġ Adulti Lm 500
Fatima Hostel Lm 500
St Patrick's Salesian School Lm 500
Istituzzjonijiet oħra huma l-Foundation Social Welfare, Kampanja Milied Flimkien, Kumitat Karnival għal persuni bid-diżabilita u l-MUSEUM Bniet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en