KUMITAT FESTI NAZZJONALI - ATTIVITAJIET GĦAL "JUM IR-REPUBBLIKA"- 13 TA' DIĊEMRBU, 2002
Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru, 2002
Tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-qabar tas-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta’ Malta fiċ-Ċimiterju Parokkjali, Ħaż-Żabbar.
11.00 - Tqegħid ta' kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali, fuq il-Monument ta' l-Avukat Anton Buttigieg, ex-President ta' Malta, fi Blata l-Bajda.
Il-Gimgħa , 13 ta' Diċembru, 2002 - Jum ir-Repubblika
09.30 - Il-Kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda jitilqu minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza tal-Palazz fejn issir il-Parata.
10.00 - Ċerimonja tal-Parata mill-Forzi Armati ta' Malta. Jattendu l-President ta' Malta, l-Aġent Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin ohra.
11.00 - Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u ta' l-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, Valletta.
17.30 - Programm ta' marċi mis-Soċjeta` Filarmonika King’s Own, tal-Belt Valletta u s-Soċjeta` Mużikali Vilhena tal-Floriana tul Triq ir-Repubblika, Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en