Left arrow Mur Lura

ID-DIPARTIMENT TAL-LOTTU PUBBLIKU IWISSI KONTRA OPERATURI FOLOZ TA’ LOTTERIJI BARRANIN

PR1700
Date Icon 04/12/2002

Id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku jixtieq jinforma lill-pubbliku biex joqghod attent għall-attivita’ ta’ gruppi ta’ kriminali organiżżati barranin, li jippużaw bħala Organiżżazzjonijiet ta’ Lotteriji leġittimi, fejn jinfurmaw lin-nies li rebħu xi premju f’xi Lotterija estera bl-intenzjoni li jiffrodawhom.

Dawn l-organiżżazzjonijiet qed jitfgħu għajnejhom fuq individwi fejn jippruvaw jiffrodawhom minn flus billi l-ewwel joffrulhom somom sostanzjali f’rebh, basta dawn iħallsu bil-quddiem somma żgħira għall-ipproċessar ta’ l-ispejjeż. Din is-somma suppost li tmur biex jitħallsu xi taxxi, spejjeż ta’ banek u insurance u hlas ta’ pustaġġ! It-talba għall-ispejjeż ta’ l-ipproċessar tkun marbuta ma’ data fittizzja fejn jintqal li d-data ta’ meta l-premju jista’ jinkiseb tkun se tagħlaq fi żmien qasir.

Il-pubbliku għandu jkun jaf li dawn il-froddisti jwaqqfu organiżżazzjonijiet tal-Lotteriji foloz u ta’ ngann ħafna minnhom ibbażati fuq l-‘Internet’ barra minn Malta. Dawn jivvjaġġaw minn post għall-ieħor b’faċilita’ kbira billi jużaw ‘mobile phones’, indirizzi proviżżorji jew foloz, flimkien ma’ kaxxi postali filwaqt li ta’ spiss ibiddlu l-isem tal-lotteriji tagħhom. Jistampaw b’mod falz, karti ta’ Organiżżazzjonijiet tal-Lotteriji Uffiċċjali, firem ta’ Uffiċċjali ta’ Banek u istituzzjonijiet oħrajn waqt li jippruvaw jużawhom biex iqarrqu b’dawk li jkunu tefgħu għajnejhom fuqhom.

Individwi li jiġu kkuntattjati minn dawn l-organiżżazzjonijiet li jippużaw ta’ Lotteriji barranin leġittimi, m’għandhom qatt taħt l-ebda ċirkustanza jew raġuni, jħallsu xi flus jew jagħtu xi dettal dwar kontijiet tal-banek tagħhom, inkluż n-numru tal-kont tal-Bank.

Meta dawn il-frodisti jiġu mistoqsija minn nies li jistaqsu kif isimhom intghazel, meta huma ma jkunux hadu sehem f’lotteriji simili, dawn il-frodisti jaghtuhom diversi risposti li jinstemgħu kredibbli u li xi ftit nies sfortunatament, jemmnuhom.

Id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku jixtieq iwissi lill-pubbliku biex ma’ jħallas ebda flus meta jiġu offruti premijiet bħal dawn, u biex jibgħtu kopja tad-dokumentazzjoni falza li jistghu jinghataw minn dawn il-frodisti, lid-Dipartiment biex javża lill-pubbliku b’dan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow