Left arrow Mur Lura

TMIEM TA' SENSIELA TA' TAĦRIĠ GĦALL-ISTAFF TAD-DIVIŻJONI TAL-KUMMERĊ FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI

PR170
Date Icon 12/02/2002

"Iċ-Ċivil għandu jara fl-imprenditur, kemm jekk self-employed kif ukoll jekk negozju żgħir, is-sieħeb li jaħdem biex ikattar l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Kull min huwa parti miċ-Ċivil u jaħdem fil-burokrazija tal-Gvern għandu jagħraf id-dmir li jkun ta' servizz lejn min ikun qed jaqdi." Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt żjara li għamel fil-M.I.S.C.O., f'sezzjoni ta' taħriġ li ġabet fi tmiemha sensiela ta' seminars li attendew għalihom uffiċjali u impjegati tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.

Dwar il-kontribut siewi ta' dan is-settur, is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jgħid li "is-settur tas-self-employed u negozji żgħar huwa mifrux f'ħafna setturi, kemm ta' manifattura kif ukoll ta' servizzi u professjonijiet; u huwa settur li qed joħloq għadd ġmielu ta' impjiegi. Għalhekk kull min qiegħed fin-negozju għandu jitqies bħala kontributur ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż għaliex qed joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjiegi".

Għal dan il-għan u sabiex l-imprendituri jkunu moqdija b'mod effiċjenti, dawk kollha li jagħmlu parti mid-Diviżjoni għall-Kummerċ inghataw taħriġ fit-team building. Dan huwa parti minn, u jkompli ma' l-eżerċizzju ta' restructuring ta' dawk li kienu tlett Dipartimenti, li sa ftit ilu kienu jaħdmu separatament minn xulxin u issa qegħdin jiffunzjonaw bħala diviżjoni waħda. Dan it-taħriġ jagħti l-opportunità lill-impjegati li jifhmu l-bzonn ta' kif jiffurmaw team wieħed bil-ħsieb li l-effiċjenza tikber, ladarba issa qegħdin jahdmu f'Diviżjoni waħda u m'għadhomx mxerrdin fi tlett Dipartimenti separati.

Dan l-eżerċizzju qieghed isir fil-kuntest li fil-ġranet li ġejjin dawk li jagħtu s-servizz tagħhom f'din id-Diviżjoni kemm mill-Industrial Property Office, kif ukoll fit-Trade Services, ser ikollhom uffiċini u responsabbilitajiet ġodda li jikkonsistu fost oħrajn f'leġislazzjonijiet ġodda u proċess ta' ħruġ ta' liċenzji tan-negozju ħafna aktar simplifikat.

"L-uffiċjali u dawk kollha li huma parti minn din id-Diviżjoni għandhom rwol importanti. Rwol li jrid ikun żviluppat f'ċentru ta' servizzi li jtejjbu l-ambjent ta' fejn jopera n-negozju.

Id-Diviżjoni għandha tagħraf bħala priorità li toffri servizz effiċjenti lil min qiegħed fin-negozju, u l-mentalità f'kull uffiċjal li jaħdem f'din id-diviżjoni għandha tkun li toffri għajnuna lil dan is-settur", kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Sur Vassallo tenna li din mhux ser ikun l-unika inizjattiva ta' taħriġ fuq livell kollettiv li tingħata lil min jaħdem f'din id-diviżjoni. Huwa wera x-xewqa li l-ħin ta' servizz li kull uffiċjal jagħmel jaħdem f'din id-diviżjoni, joffri opportunità li fiha kull uffiċjal jagħraf jagħmel ħiltu biex skond ir-responsabbilità rispettiva tiegħu u skond il-grad u l-pożizzjoni tiegħu, jagħti l-aħjar servizz lil min ikun qed jaqdi. Is-Segretarju Parlamentari qal li ser jitħejja programm ieħor ta' taħriġ biex kull uffiċjal ikompli jifhem li l-effiċjenza għandha tkun il-prijorità li permezz tagħha kull uffiċjal għandu jiffaċċja lil min jiġi biex jinqeda mingħandu.

"Wasal il-waqt li l-imprenditur jibda jara liċ-Ċivil fuq in-naħa tiegħu. Hekk naslu li ngħinu biex noħolqu l-aħjar ċirkustanzi fejn in-negozji tagħna jkunu sostenibbli billi nnaqqsu t-tfixkil burokratiku li jinħoloq minn min ma' jgħarafx din il-prijorità. Dan hu wara kollox id-dmir tas-Servizz Pubbliku." temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow