Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET TA' KOSTRUZZJONI TA' TOROQ FIL-MARSA

PR169
Date Icon 12/02/2002

Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, il-Perit Ċensu Galea għamel żjara fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru ġo Triq is-Sajjieda u Triq Fra Diegu, il-Marsa.

Fi Triq is-Sajjieda, qed isir ukoll xogħol biex tiġi ndirizzata l-problema ta' l-għarar ta' l-ilma. Dan qiegħed isir billi qed jitnaddfu u jissewwew il-water culverts eżistenti. Minħabba li minn dawn it-toroq jgħaddi numru konsiderevoli ta' vetturi kbar għall-imħażen li hemm fl-inħawi, qed tingħata attenzjoni biex il-materjal li qed jintuża jkun jiflaħ it-toqol ta' dawn il-vetturi kbar. Minbarra dan ix-xogħol, qiegħed isir ukoll xogħol ta' tiswija tal-bankini u asfaltar.

Il-bankini l-ġodda li qed isiru huma magħmula skond il-gwidi 'Access for all' biex jagħmluha faċli biex jintużaw minn kulħadd, inklużi anzjani u persuni b'diżabilità.

Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa qed jitwettqu wara li sar il-ko-ordinament meħtieġ ma' l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, fosthom il-Water Services Corporation, id-Dipartiment tad-Dranaġġ, il-Maltacom plc u l-Enemalta Corporation, li kollha qed jagħmlu xogħlijiet fl-inħawi. Saru diversi tiswijiet fil-house connections tad-dranaġġ biex dan ma jibqax imur fil-water culverts.

Ix-xogħol fi Triq is-Sajjieda mistenni jitlesta fil-ġranet li ġejjin, waqt li dak ta' Triq Fra Diegu jitlesta aktar tard biex jibqa jkun hemm aċċess għall-inħawi ta' fejn hemm l-imħażen.

Dan ix-xogħol ser jiswa mal-Lm100,000.

Minbarra dawn ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa, fil-Marsa saru diversi xogħlijiet oħra bħall-asfaltar ta' Triq is-Serkin, Triq il-Gerrejja, Triq l-Istallel u parti minn Triq Hal-Qormi. Dan ix-xogħol sewa Lm50,000. Qed isiru pjani biex issir rikostruzzjoni tal-parti ta' fuq ta' Triq it-Tiġrija sar-round about ta' Triq Valletta u dan il-proġett mistenni li jiġi jiswa Lm18,000.

Xogħol ieħor li sar fil-Marsa hu t-tiswija u bini mill-ġdid ta' parti mill-ħajt ġo Triq Diċembru 13 li sewa Lm10,000. Sar ukoll pelican crossing fit-tarf ta' Triq it-Tiġrija mal-Marsa/Hamrun Bypass.

Għaddej ukoll xogħol ieħor fuq is-central strip ta' Triq Diċembru 13 li ġiet maqsuma f'żewġ fażijiet. L-ewwel fażi li dalwaqt tkun lesta mistennija li ser tiġi tiswa Lm 20,000 waqt li t-tieni fażi li mistennija li ser tiġi tiswa Lm15,000 mistenni li tinkludi ukoll pelican crossings ġodda mistennija li tibda ma ddumx.

Proġett ieħor li hu ppjanat li jibda malli joħorġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' l-Ippjanar hu l-bini ta' under pass biex jgħaqqad Triq it-Tiġrija ma' l-inħawi tal-Knisja ta' Maria Regina. Dan ix-xogħol mistenni li jiġi jiswa Lm 70,000. It-tender għal dan ix-xogħol inħarġet u ngħatat.

B'hekk fil-Marsa, il-Gvern Ċentrali permezz tad-Direttorat tat-Toroq ser jkun nefaq is-somma ta' Lm 283,000 fi proġetti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow