Left arrow Mur Lura

JITWAQQAF IL-BORD DWAR IR-RELAZZJONIJIET DWAR L-IMPJIEGI - IL-LIGI L-GDIDA TAX-XOGHOL TIDHOL FIS-SEHH SA L-AHHAR TA’ DIN IS-SENA

PR1688
Date Icon 02/12/2002

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali llum qassam l-ittri tal-hatra lil membri kollha tal-Bord il-gdid dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi mwaqqaf taht il-ligi l-gdida tax-xoghol li ghaddiet mill-Parlament fil-21 ta’ Ottubru 2002. Dan seta` jsir wara li llum stess gew fis-sehh zewg artikli (l-artikli 2 u 3) ta` l-Att Nru XIX ta` l-2002.

It-twaqqif ta’ dan il-Bord gab fit-tmiem process li beda erba` snin ilu meta l-Ministru Gonzi kien iltaqa` mal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku (illum l-MCESD) u ta indikazzjoni li l-aggornament tal-ligijiet tax-xoghol u tal-ligijiet industrijali kienu whud mill-prioritajiet ewlenin tal-Gvern ghal din il-legislatura. Wara tlett snin ta’ konsultazzjoni, giet ippubblikata White Paper f’Dicembru tas-sena 2001, u fit-22 ta’ April 2002 gie pubblikat l-Abbozz ta’ Ligi li kkonsolida l-ligi li tirregola l-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-ligi li tirregola r-relazzjonijiet industrijali.

Il-process parlamentari tlesta fil-21 ta’ Ottubru li ghadda, wara serje twila ta’ laqghat mal-imsiehba socjali li rrizultaw f’ligi li kellha l-appogg u l-qbil ta’ kulhadd. Issa tibda fazi gdida fl-istorja tal-kundizzjonijiet tax-xoghol ghal haddiema Maltin u Ghawdxin, kif ukoll ghar-relazzjonijiet industrijali f’pajjizna – fazi li ghandha twassal lil pajjizna biex jaghmel qabza ta’ kwalita` fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u tar-relazzjonijiet industrijali. Din il-qabza ta’ kwalita` ghandha tkun il-mutur li jiggenera aktar attivita` ekonomika ghal gid tal-haddiema u tal-pajjiz kollu kemm hu.

Meta kien qed jindirizza lill-membri mahtura fuq il-Bord, il-Ministru Gonzi spjega li dan kien l-ewwel pass li ghandu jwassal biex sa l-ahhar ta’ din is-sena, l-ligi tigi fis-sehh kollha kemm hi u hekk il-haddiema Maltin jinghatawlhom drittijiet godda li jgibuhom fuq l-istess livelli minimi ta’ haddiema ohra fl-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, Malta ser tkun tista` tiffirma numru ta’ Konvenzjonijiet ta` l-ILO kif ukoll ic-Charter Socjali Rivedut tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.

Il-Ministru Gonzi spjega wkoll illi bit-twaqqif tal-Bord, seta` jibda l-process ta’ konsultazzjoni dwar disa` Avvizi Legali li jittrattaw aspetti diversi tal-ligi, fosthom dwar il-fond ta’ garanzija, ix-xoghol part-time, dwar il-haddiema b’kuntratt definit, dwar mizuri favur il-familja, dwar protezzjoni meta jintilef ix-xoghol, u aspetti importanti ohra. Dan il-process ta’ konsultazzjoni qieghed isir minkejja li tmienja minn dawn l-Avvizi Legali diga` ghaddew mill-gharbiel ta’ process twil ta’ konsultazzjoni bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar il-Ligi tax-Xoghol. Ghalhekk, il-Bord intalab biex ilesti l-pozizzjoni tieghu sa nofs ix-xahar ta’ Dicembru biex l-Avvizi Legali ikunu jistghu jigu ppublikati u jigu fis-sehh flimkien mal-Ligi sa l-ahhar ta’ din is-sena.

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali sostna li l-Bord, kif kompost, ghandu l-kompetenzi kollha biex jilhaq l-ghanijiet stabbiliti bil-ligi u li tesigi li l-Bord ikollu struttura bit-tliet imsiehba socjali, igifieri l-gvern, rapprezentanti tal-haddiema u rapprezentanti ta’ min ihaddem. Il-ligi tesigi wkoll li l-Bord ikun immexxi minn persuna indipendenti. Fil-fatt, l-ghazla tal-Prof. Edward Zammit biex imexxi dan il-Bord ghandha l-qbil ta` l-imsiehba socjali kollha. Il-Vici Prim Ministru ddeskriva lill-Prof. Zammit bhala "wiehed mill-pijunieri fil-qasam tax-xoghol, l-impjiegi, u ir-relazzjonijiet industrijali f’Malta. L-esperjenza tieghu, il-kompetenza tieghu, r-relazzjoni mill-qrib li ghandu ma` l-imsiehba socjali kollha, kif ukoll il-valuri tieghu, ghandhom jaghtu lil dan il-Bord tmexxija soda u determinata biex il-missjoni ta’ dan il-Bord titwettaq bl-appogg ta’ l-imsiehba socjali kollha."

Skond il-ligi, il-funzjonijiet tal-Bord huma:

  • li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kundizzjonijiet minimi nazzjonali ta’ l- impjieg;
  • li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kundizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ setturi partikolari;
  • li jaghti pariri lill-Ministru fuq kull haga li jkollha x’taqsam mal-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg jew fuq hwejjeg referiti lill-Bord mill-Ministru.

Barra l-Prof. Edward Zammit li huwa c-chairperson indipendenti, il-Bord jinkludi lis-Sur Frank Pullicino, Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li huwa ex officio vici chairperson tal-Bord. Minbarra d-Direttur ta’ l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, ir-rapprezentanti tal-Gvern huma:

  • Anna Caruana Colombo mill-Ufficcju tal-Prim Ministru
  • Moira Catania mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici, u
  • Mario Debattista mill-Ministeru tal-Finanzi.

L-erba’ rapprezentanti ta’ l-impjegati nominati mill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li

jirrapprezentatw lill-impjegati fi hdan il-Kunsill huma:

  • Alfred Buhagiar mill-Confederation of Malta Trade Unions
  • Emmanuel Micallef mill-General Workers Union
  • Michael Parnis mill-General Workers Union
  • Gejtu Vella mill-Union Haddiema Maghqudin

L-erba’ rapprezentanti ta’ min ihaddem nominati mill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li jirrapprezentaw lil min ihaddem fi hdan il-Kunsill huma:

  • Edwin Calleja mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija
  • Joe Farrugia mill-Malta Employers Association
  • Tonio Farrugia mill-Kamra tal-Kummerc
  • Vince Farrugia mill-General Retailers and Traders Union

L-abbozz ta’ l-Avvizi Legali li gew riferuti lill-Bord mill-Ministru Gonzi huma :-

  1. Avviz Legali li jirregola l-kuntratti ta’ zmien definit
  2. Avviz Legali dwar sensji kollettivi
  3. Avviz Legali dwar l-impjieg ta` barranin f’Malta
  4. Avviz Legali dwar il-Fond ta’ Garanzija
  5. Avviz Legali dwar l-informazzjoni li trid tinghata lil haddiema
  6. Avviz Legali dwar il-protezzjoni ta’ haddiema f’kaz ta’ trasferiment ta’ negozju
  7. Avviz Legali dwar il-leave ghall-genituri u l-leave ghal ragunijiet urgenti
  8. Avviz Legali dwar il-haddiema part-time
  9. Avviz Legali dwar l-organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow