JITWAQQAF IL-BORD DWAR IR-RELAZZJONIJIET DWAR L-IMPJIEGI - IL-LIGI L-GDIDA TAX-XOGHOL TIDHOL FIS-SEHH SA L-AHHAR TA’ DIN IS-SENA
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali llum qassam l-ittri tal-hatra lil membri kollha tal-Bord il-gdid dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi mwaqqaf taht il-ligi l-gdida tax-xoghol li ghaddiet mill-Parlament fil-21 ta’ Ottubru 2002. Dan seta` jsir wara li llum stess gew fis-sehh zewg artikli (l-artikli 2 u 3) ta` l-Att Nru XIX ta` l-2002.
It-twaqqif ta’ dan il-Bord gab fit-tmiem process li beda erba` snin ilu meta l-Ministru Gonzi kien iltaqa` mal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku (illum l-MCESD) u ta indikazzjoni li l-aggornament tal-ligijiet tax-xoghol u tal-ligijiet industrijali kienu whud mill-prioritajiet ewlenin tal-Gvern ghal din il-legislatura. Wara tlett snin ta’ konsultazzjoni, giet ippubblikata White Paper f’Dicembru tas-sena 2001, u fit-22 ta’ April 2002 gie pubblikat l-Abbozz ta’ Ligi li kkonsolida l-ligi li tirregola l-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-ligi li tirregola r-relazzjonijiet industrijali.
Il-process parlamentari tlesta fil-21 ta’ Ottubru li ghadda, wara serje twila ta’ laqghat mal-imsiehba socjali li rrizultaw f’ligi li kellha l-appogg u l-qbil ta’ kulhadd. Issa tibda fazi gdida fl-istorja tal-kundizzjonijiet tax-xoghol ghal haddiema Maltin u Ghawdxin, kif ukoll ghar-relazzjonijiet industrijali f’pajjizna – fazi li ghandha twassal lil pajjizna biex jaghmel qabza ta’ kwalita` fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u tar-relazzjonijiet industrijali. Din il-qabza ta’ kwalita` ghandha tkun il-mutur li jiggenera aktar attivita` ekonomika ghal gid tal-haddiema u tal-pajjiz kollu kemm hu.
Meta kien qed jindirizza lill-membri mahtura fuq il-Bord, il-Ministru Gonzi spjega li dan kien l-ewwel pass li ghandu jwassal biex sa l-ahhar ta’ din is-sena, l-ligi tigi fis-sehh kollha kemm hi u hekk il-haddiema Maltin jinghatawlhom drittijiet godda li jgibuhom fuq l-istess livelli minimi ta’ haddiema ohra fl-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, Malta ser tkun tista` tiffirma numru ta’ Konvenzjonijiet ta` l-ILO kif ukoll ic-Charter Socjali Rivedut tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Il-Ministru Gonzi spjega wkoll illi bit-twaqqif tal-Bord, seta` jibda l-process ta’ konsultazzjoni dwar disa` Avvizi Legali li jittrattaw aspetti diversi tal-ligi, fosthom dwar il-fond ta’ garanzija, ix-xoghol part-time, dwar il-haddiema b’kuntratt definit, dwar mizuri favur il-familja, dwar protezzjoni meta jintilef ix-xoghol, u aspetti importanti ohra. Dan il-process ta’ konsultazzjoni qieghed isir minkejja li tmienja minn dawn l-Avvizi Legali diga` ghaddew mill-gharbiel ta’ process twil ta’ konsultazzjoni bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar il-Ligi tax-Xoghol. Ghalhekk, il-Bord intalab biex ilesti l-pozizzjoni tieghu sa nofs ix-xahar ta’ Dicembru biex l-Avvizi Legali ikunu jistghu jigu ppublikati u jigu fis-sehh flimkien mal-Ligi sa l-ahhar ta’ din is-sena.
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali sostna li l-Bord, kif kompost, ghandu l-kompetenzi kollha biex jilhaq l-ghanijiet stabbiliti bil-ligi u li tesigi li l-Bord ikollu struttura bit-tliet imsiehba socjali, igifieri l-gvern, rapprezentanti tal-haddiema u rapprezentanti ta’ min ihaddem. Il-ligi tesigi wkoll li l-Bord ikun immexxi minn persuna indipendenti. Fil-fatt, l-ghazla tal-Prof. Edward Zammit biex imexxi dan il-Bord ghandha l-qbil ta` l-imsiehba socjali kollha. Il-Vici Prim Ministru ddeskriva lill-Prof. Zammit bhala "wiehed mill-pijunieri fil-qasam tax-xoghol, l-impjiegi, u ir-relazzjonijiet industrijali f’Malta. L-esperjenza tieghu, il-kompetenza tieghu, r-relazzjoni mill-qrib li ghandu ma` l-imsiehba socjali kollha, kif ukoll il-valuri tieghu, ghandhom jaghtu lil dan il-Bord tmexxija soda u determinata biex il-missjoni ta’ dan il-Bord titwettaq bl-appogg ta’ l-imsiehba socjali kollha."
Skond il-ligi, il-funzjonijiet tal-Bord huma:
- li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kundizzjonijiet minimi nazzjonali ta’ l- impjieg;
- li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kundizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ setturi partikolari;
- li jaghti pariri lill-Ministru fuq kull haga li jkollha x’taqsam mal-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg jew fuq hwejjeg referiti lill-Bord mill-Ministru.
Barra l-Prof. Edward Zammit li huwa c-chairperson indipendenti, il-Bord jinkludi lis-Sur Frank Pullicino, Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li huwa ex officio vici chairperson tal-Bord. Minbarra d-Direttur ta’ l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, ir-rapprezentanti tal-Gvern huma:
- Anna Caruana Colombo mill-Ufficcju tal-Prim Ministru
- Moira Catania mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici, u
- Mario Debattista mill-Ministeru tal-Finanzi.
L-erba’ rapprezentanti ta’ l-impjegati nominati mill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li
jirrapprezentatw lill-impjegati fi hdan il-Kunsill huma:
- Alfred Buhagiar mill-Confederation of Malta Trade Unions
- Emmanuel Micallef mill-General Workers Union
- Michael Parnis mill-General Workers Union
- Gejtu Vella mill-Union Haddiema Maghqudin
L-erba’ rapprezentanti ta’ min ihaddem nominati mill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali minn fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali li jirrapprezentaw lil min ihaddem fi hdan il-Kunsill huma:
- Edwin Calleja mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija
- Joe Farrugia mill-Malta Employers Association
- Tonio Farrugia mill-Kamra tal-Kummerc
- Vince Farrugia mill-General Retailers and Traders Union
L-abbozz ta’ l-Avvizi Legali li gew riferuti lill-Bord mill-Ministru Gonzi huma :-
- Avviz Legali li jirregola l-kuntratti ta’ zmien definit
- Avviz Legali dwar sensji kollettivi
- Avviz Legali dwar l-impjieg ta` barranin f’Malta
- Avviz Legali dwar il-Fond ta’ Garanzija
- Avviz Legali dwar l-informazzjoni li trid tinghata lil haddiema
- Avviz Legali dwar il-protezzjoni ta’ haddiema f’kaz ta’ trasferiment ta’ negozju
- Avviz Legali dwar il-leave ghall-genituri u l-leave ghal ragunijiet urgenti
- Avviz Legali dwar il-haddiema part-time
- Avviz Legali dwar l-organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en