Left arrow Mur Lura

MALTA TIPPARTECIPA GHALL-EWWEL DARBA FL-EMPLOYMENT COMMITTEE (EMCO) TA` L-UNJONI EWROPEA

PR1687
Date Icon 02/12/2002

Malta hadet sehem ghall-ewwel darba fil-laqghat ta` l-Employment Committee ta` l-Unjoni Ewropea (EMCO) flimkien mal-pajjizi membri ta` l-Unjoni Ewropea u mal-pajjizi li ser isiru membri. Dan huwa kumitat importanti hafna li ghandu l-iskop li titfassal strategija fit-tul fil-qasam tax-xoghol.

Matul il-laqgha li saret fit-22 ta’ Novembru gewwa Brussels il-Kumitat iddiskuta l-izviluppi li kien hemm minn wara it-trattat ta’ Amsterdam tas-sena 1997. Dakinhar l-Unjoni Ewropea aggornat il-politika taghha fil-qasam ta` l-impjiegi u ddecidiet li timplimenta strategija li tippromwovi x-xoghol bl-iskop li tintlahaq il-mira tal-koezjoni socjali bis-sahha ta’ opportunitajiet ta’ xoghol ghal kullhadd.

Diga` ghaddew hames snin mit-twaqqif ta’ din l-istrategija tax-xoghol. Ghalhekk din is-sena l-Kummissjoni Ewropea ddecidiet li tevalwa u taggorna din l-istrategija. Fl-EMCO, ufficjali ewlenin mill-Kummissjoni wrew kif din l-istrategija halliet rizultati pozittivi hafna, partikolarment billi naqset u ppreveniet qghad u ghenet lill-pajjizi membri biex itejbu l-ghajnuna taghhom lil min jinsab bla xoghol. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-pajjizi membri ghandhom ikomplu bl-isforzi taghhom biex :

  • jizdied in-numru ta’ haddiema li jahdmu u li ghandhom ’l fuq minn 40 sena
  • titnehha d-differenza fil-pagi ghan-nisa u rgiel fl-istess xoghol
  • jgholew il-kapacitajiet u s-snajja` tal-haddiema
  • titjieb il-kwalita` ta’ l-opportunitajiet ta’ xoghol
  • titnaqqas id-differenza fil-kundizzjonijiet tax-xoghol minn regjun ghall-iehor
  • tizdied il-kapacita` biex isiru l-bidliet li hemm bzonn halli tizdied l-efficjenza u l-produttivita`.

Malta hadet sehem attiv f’dawn id-diskussjonijiet bl-iskop li l-istrategija lokali tkun wahda li tkun taqbel ma` dik Ewropea. Dan ikun ifisser gwadan kbir ghal haddiema Maltin li jkunu jistghu jgawdu mhux biss mill-esperjenza ta’ pajjizi kbar imma wkoll mill-ghajnuna kollha li hi provduta mill-Unjoni Ewropea biex jintlahqu l-miri stabbiliti.

Id-delegazzjoni Maltija kienet maghmula minn John Camilleri, Chief Executive Officer ta` l-ETC u minn Ms Sue Vella Senior Manager ma’ l-ETC.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow