MALTA TIPPARTECIPA GHALL-EWWEL DARBA FL-EMPLOYMENT COMMITTEE (EMCO) TA` L-UNJONI EWROPEA
Malta hadet sehem ghall-ewwel darba fil-laqghat ta` l-Employment Committee ta` l-Unjoni Ewropea (EMCO) flimkien mal-pajjizi membri ta` l-Unjoni Ewropea u mal-pajjizi li ser isiru membri. Dan huwa kumitat importanti hafna li ghandu l-iskop li titfassal strategija fit-tul fil-qasam tax-xoghol.
Matul il-laqgha li saret fit-22 ta’ Novembru gewwa Brussels il-Kumitat iddiskuta l-izviluppi li kien hemm minn wara it-trattat ta’ Amsterdam tas-sena 1997. Dakinhar l-Unjoni Ewropea aggornat il-politika taghha fil-qasam ta` l-impjiegi u ddecidiet li timplimenta strategija li tippromwovi x-xoghol bl-iskop li tintlahaq il-mira tal-koezjoni socjali bis-sahha ta’ opportunitajiet ta’ xoghol ghal kullhadd.
Diga` ghaddew hames snin mit-twaqqif ta’ din l-istrategija tax-xoghol. Ghalhekk din is-sena l-Kummissjoni Ewropea ddecidiet li tevalwa u taggorna din l-istrategija. Fl-EMCO, ufficjali ewlenin mill-Kummissjoni wrew kif din l-istrategija halliet rizultati pozittivi hafna, partikolarment billi naqset u ppreveniet qghad u ghenet lill-pajjizi membri biex itejbu l-ghajnuna taghhom lil min jinsab bla xoghol. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-pajjizi membri ghandhom ikomplu bl-isforzi taghhom biex :
- jizdied in-numru ta’ haddiema li jahdmu u li ghandhom ’l fuq minn 40 sena
- titnehha d-differenza fil-pagi ghan-nisa u rgiel fl-istess xoghol
- jgholew il-kapacitajiet u s-snajja` tal-haddiema
- titjieb il-kwalita` ta’ l-opportunitajiet ta’ xoghol
- titnaqqas id-differenza fil-kundizzjonijiet tax-xoghol minn regjun ghall-iehor
- tizdied il-kapacita` biex isiru l-bidliet li hemm bzonn halli tizdied l-efficjenza u l-produttivita`.
Malta hadet sehem attiv f’dawn id-diskussjonijiet bl-iskop li l-istrategija lokali tkun wahda li tkun taqbel ma` dik Ewropea. Dan ikun ifisser gwadan kbir ghal haddiema Maltin li jkunu jistghu jgawdu mhux biss mill-esperjenza ta’ pajjizi kbar imma wkoll mill-ghajnuna kollha li hi provduta mill-Unjoni Ewropea biex jintlahqu l-miri stabbiliti.
Id-delegazzjoni Maltija kienet maghmula minn John Camilleri, Chief Executive Officer ta` l-ETC u minn Ms Sue Vella Senior Manager ma’ l-ETC.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en