StQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant jinsab maqtugh totalment mir-realta` u konferma ta’ dan hija d-dikjarazzjoni li ghamel, meta` qal li Gvern Laburista se jzarma l-Malta Enterprise, biex jerga jpoggi l-MDC, il-METCO u l-IPSE.
B’referenza ghall-Konfernza Stampa li ta nhar il-Gimgha, 29 ta’ Novembru 2002, il-Mexxej Laburista dwar il-hidma tal-Gvern f’dawn l-ahhar erba’ snin, il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jinnota li b’din id-dikjarazzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant qieghed jipproponi politika tal-passat u mhux wahda li hi adattata ghaz-zminijiet tal-lum u ghall-futur.
L-ghan wara t-twaqqif tal-Malta Enterprise hu li tizdied l-efficjenza, titnaqqas id-duplikazzjoni, titnaqqas l-ispiza, kif ukoll biex pajjizna jkollu aktar ekonomija b’sahhita, b’investiment gdid barrani.
Fil-passat, l-Onor. Dr. Alfred Sant kemm il-darba kkritika l-operat ta’ l-MDC (l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp) u meta tenna l-weghda li jzarma l-Malta Enterprise, juri bil-fatti kemm il-Kap ta’ l-Opozizzjoni huwa maqtugh mir-realta’ u mhux qed jaggorna ruhu maz-zminijiet tal-lum.
Pajjizi bhal Singapore, l-Irlanda, Wales u pajjizi ohra li ghazlu integrazzjoni ghall-uzu ahjar tar-rizorsi taghhom, bit-twaqqif ta’ agenziji simili bhal Malta Enterprise, raw ir-rizultati mixtieqa fl-ekonomiji rispettivi taghhom.
Li l-Onor. Dr. Alfred Sant jishaq li t-twaqqif tal-Malta Enterprsise hija hela, naturalment ifisser li hu ma jafx x’inhu jghid, u li qed jimxi fuq politika skaduta tal-passat.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en