Left arrow Go Back

SKOLASPORT 2002 - 2003

PR1682
Date Icon 30/11/2002

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Jesmond Mugliett, illum għamel żjara lil Skolasport biex jara l-progress li qed isir fid-dixxiplini diversi. Il-Perit Mugliett kellu l-opportunita` jara kif it-tfal ġew klassifikati skond l-eta` u l-lokalita` tagħhom u wkoll isegwi t-tliet korsijiet specjali li qed isiru fil-programmi tal-Foundation (5 snin sa 7 snin), tal-Participation (8 snin sa 10 snin) u tal-Performance (11 il-sena sa 16 il-sena).

L-istruttura l-ġdida ta` Skolasport, li bdiet fl-2001, miexja sew. Kważi 1,500 partecipant ser ilestu l-ewwel fażi tagħhom, li bdiet f’Ottubru.

Skolasport topera f’lokalitajiet differenti, tagħmel użu minn kumplessi sportivi ta` livell nazzjonali li jappartjenu kemm lill-privat kif ukoll tal-Gvern. Fost dawn il-lokalitajiet, minn din is-sena Skolasport żiedet il-Kumpless Sportiv ta` l-Universita`. Aktar minn 500 partecipant qed jagħmlu użu mill-Pixxina Nazzjonali u l-Kumpless Sportiv il-ġdid ta` l-Universita` kull nhar ta` Sibt filgħodu, fi programmi li huma l-Foundation, Partecipation Programmes, Table-Tennis, Fitness, Tai-Chi u Għawm għall-Adulti.

Il-Perit Mugliett spjega kif Skolasport qed tagħti l-opportunita` lit-tfal biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom, u jtejbu l-ħila tagħhom billi jattendu għal waħda mit-33 dixxiplina sportiva organizzata flimkien ma` l-Assocjazzjoni Sportiva Nazzjonali u l-Clubs. Il-Perit Mugliett żied ukoll li xi wħud minn dawn l-Assocjazzjonijiet għandhom it-Talent Development Programmes fejn dawn it-tfal, apparti minn Skolasport, jiġu mħarrġa u mgħallma matul is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq fuq il-fatt li Clubs Sportivi u Assocjazzjonijiet Sportivi ibbenifikaw ħafna minn Skolasport minn mindu ħafna clubs urew interess li mhux biss jiġbdu tfal li huma diġa` tajbin biex jipprattikaw l-isport partikolari imma anke sabiex jintroduci l-isport tagħhom lit-tfal ġodda u b’hekk jipprovdu l-ewwel opportunita` sabiex jibdew l-isport lil dawn l-istess tfal. L-Onorevoli Mugliett żar ukoll l-Eden Bowling Alley u l-Eden Ice Arena fejn gie ntrodott għall-ewwel darba l-Ice Hockey lil 25 partecipant.

Li tagħmel l-ewwel passi biex tibda sport ġdid x’aktarx ikun difficli u jinvolvi spiża. Skolasport qed tipprovdi din l-opportunita` f’diversi dixxiplini sportivi mmexxija minn coaches kwalifikati u instructors fil-lokalitajiet diversi ta` Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow