IL-MONTI F’TA’ QALI SE JIBDA JOPERA MINN SPAZJU GDID
Nhar il-Ħadd li ġej, dawk il-persuni kollha li għandhom liċenzja ta’ bejjiegħa tal-Monti u li lilhom ġiet allokata posta ta’ bejgh, ser jibdew jarmaw fil-posta l-ġdida taghhom.
Din il-posta inghatat lil dawn il-persuni skond kif ittellgħet bil-polza, f’laqgħa li għaliha kienu mistiedna dawk il-bejjiegha tal-monti kollha li kienu wrew ix-xewqa li jarmaw f’dan il-monti, u wara li saret sejha pubblika ghall-applikazzjonijet fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.
Għalhekk minn nhar il-Ħadd l-1 ta’ Dicembru, f’Ta’ Qali mhux ser ikun permess li jkun hemm min jarma bħala bejjiegħ tas-suq fil-beraħ, barra minn dan l-ispazju. Dawk kollha li jarmaw għandhom ikunu dawk il-bejjiegha biss li lilhom ġiet assenjata posta ta’ bejgh.
Is-Segretarjat Parlamentari ta’ l-Onor. Edwin Vassallo jfakkar ukoll li l-ebda bejgħ permezz ta’ Car Boot Sale ma’ jista’ jsir minn Ta’ Qali u minn postijiet oħra pubbliċi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en