Left arrow Mur Lura

LAQGHAT INFORMATTIVI GHAN-NISA TAL-KOTTONERA

PR168
Date Icon 12/02/2002

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali se jorganizza sensiela ta' laqghat informattivi ghan-nisa tad-dar li joqghodu fl-erbat ibliet tal-Kottonera. L-iskop huwa li nwasslu informazzjoni dwar diversi suggetti li jolqtu direttament lil dawn l-istess persuni, fosthom: il-ligi tal-familja, id-drittijiet tat-tfal, is-sahha tal-mara, u aspetti socjali bhal ma huma l-abbuz tad-droga, il-vjolenza domestika u s-sahha mentali.

Numru ta’ leaflets qeghdin jitqassmu bieb bieb grazzi ghall-ghajnuna ta’ l-erba’ kunsilli lokali - dawk tal-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara.

Il-laqghat ser isiru fil-Berga ta’ Franza, fil-Birgu, darba fil-gimgha filghodu. L-ewwel laqgha se ssir nhar il-Hamis, 14 ta’ Frar, 2002. Is-serje ta’ diskussjonijiet ta’ saghtejn kull wahda jibqghu ghaddejjin sa’ l-ahhar ta’ Gunju. Dawk kollha li jkunu jixtiequ li jattendu ghandhom icemplu lill-Kunsill Lokali tal-Birgu fuq numru 21 662166 u jhallu isimhom u n-numru tat-telefon taghhom.

Se jkun hemm ukoll servizz ta’ child care ghal tfal zghar matul il-hin tal-laqghat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow