‘Ambjent Nadif – Dinja Ahjar’
Il-Gvern ghandu l-obbligazzjonijiet tieghu fil-harsien tal-ambjent, madanakollu kulhadd irid jaghmel il-parti tieghu wkoll.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari George Pullicino fi tmiem zjara fl-iskola sekondarja tal-bniet, Santa Marija Goretti, f’Hal Tarxien, fl-okkazjoni tat-tmiem ta’ attivitajiet bit-tema ‘Ambjent Nadif – Dinja Ahjar’.
Fost l-attivitajiet li kienu mtella’ fuq perjodu ta’ gimghatejn, kien hemm zjajjar u tindif mill-istudenti. Saru wkoll workshops, kampanja favur is-separazzjoni ta` l-iskart u dramm dwar l-ambjent li kien miktub u mtella’ minn studenti ta’ l-iskola.
George Pullicino fahhar l-inizjattiva li hadu l-ghalliema u l-istudenti u qal li attivitajiet simili huma ta’ min ifahharhom ghaliex idahhlu mentalita’ favur il-harsien ta` l-ambjent fiz-zghazagh. Hu qal li inizjattivi bhal dawn huma l-aqwa ghodda ta’ taghlim ghaliex igieghlu lill-istudenti jifhmu fil-prattika dak li hu mistenni minnhom fil-harsien ta` l-ambjent.
Is-Segretarju Parlamentari Pullicino qal li l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp ghadha kemm approvat it-twaqqif ta’ impjant li jaghmel riciklagg ta’ plastik.
George Pullicino appella lill-istudenti biex jissiehbu f’ghaqdiet li jharsu l-ambjent u heggighom biex ikunu armata favur ambjent ahjar. Hu qal li bis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-pajjiz se jaddotta numru ta’ regolamenti li ghandhom jiggarantixxu titjib. Hu qal li l-Unjoni Ewropea timponi multi fuq il-pajjizi li ma jimxux mar-regolamenti favur il-harsien ta` l-ambjent.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en