Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jitkellem ma’ sidien ta’ negozji zgĦar dwar il-Budget 2003

PR1673
Date Icon 29/11/2002

“Dan huwa Budget li ser iżid il-kummerċ għaliex iżid il-flus fl-idejn minn kull qasam tal-ħajja. Dan huwa ta’ vantaġġ għas-self employed u n-negozji żgħar u kull min qiegħed fil-kummerċ. Dan huwa wkoll Budget li rega’ qed inaqqas il-burokrazija b’diversi inizjattivi. F’kull inizjattiva li ttieħdet fil-Budget, wieħed jista’ jara li l-Gvern qed jgħin u jiffaċilita l-ħidma tan-negozjanti li jkollu negozju aktar profittabbli f’ċirkustanzi fejn il-volum tal-kummerċ huwa mistenni li jiżdied".

Dawn kienu l-kummenti tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem ma’ sidien ta’ negozji żgħar. Huwa irrefera għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi John Dalli fid-diskors tal-Budget meta l-Ministru stess stqarr li:

"Se nieħdu miżuri li għandhom ikunu ta’ fejda għal ħafna u li għandhom jistimulaw aktar l-ekonomija tagħna ." – Budget 2003

Permezz ta’ l-inizjattivi li qed jippromwovi dan il-Budget, huwa mistenni li l-kummerċ jiżdied filwaqt li l-imprenditur ikun mgħejjun jaħdem fl-aħjar ambjent biex ikun aktar effiċjenti u sostenibbli.

Il-Budget jagħti d-direzzjoni għall-ħolqien ta’ aktar ġid permezz tat-tkattir ta’ kummerċ. Il-liberalizazzjoni tal-kummerċ filwaqt li toħloq aktar kompetizzjoni fost in-negozju, fl-istess ħin ukoll iżżid l-ammont ta’ kummerċ f’pajjiżna. Minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena li ghaddiet (2001) l-importazzjoni ta’ oġġetti għall-konsum żdied bi 13.2 miljun lira.

Xhieda wkoll li kiber l-ottimiżmu fin-negozju hija li aktar individwi ddeċidew li jidħlu fin-negozju. In-numru ta’ liċenzji tan-negozju żdied u dan ukoll huwa riżultat ta’ ħidma ta’ effiċjenza u tnaqqis ta’ burokrazija fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju.

L-għażla ta’ politika favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għenet biex f’pajjiżna jkollna bidliet favur kull min jinnegozja u dan biex ma jkunx inqas minn negozjanti simili f’pajjiżi li diġa' huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.

Dan il-Budget għas-self employed għandu jkun meqjus bħala Budget li jgħin biex il-poplu jkollu minn fejn jonfoq aktar. Għalhekk in-negozju huwa previst li jiżdied għaliex pajjiżna huwa kapaċi jkattar il-ġid li joħloq. F’dan il-Budget sibna li l-Prodott Gross Domestiku jew aħjar il-"cake nazzjonali" din is-sena żdied bi 2.8 % f’termini reali.

Permezz ta’ dan il-Budget, qed jiġi previst illi filwaqt li l-konsum pubbliku ser jiżdied b’1.4%, iż-żjieda fil-konsum mis-settur privat hija mistennija li tikber bi 2.1%. Huwa wkoll mistenni li l-investiment jiżdied b’4.6%, filwaqt li l-importazzjoni għandha tiżdied b’5.3%, u l-esportazzjoni tiżdied b’5.4% .

Dan ser iwassal biex il-Prodott Gross Domestiku f’termini nominali jkun mistenni jilħaq Lm1.808 biljun, li huwa 5.5 % aktar mis-sena li għaddiet.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li dan kollu jfisser żieda ta’ flus fl-idejn, żieda fl-infieq, żieda fil-kummerċ flimkien ma’ ambjent kummerċjali akbar u aħjar, fejn l-imprenditur jista’ jaħdem. Dan huma awgurju tajjeb għal kull min qiegħed fin-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow