Left arrow Go Back

TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET

PR1658
Date Icon 26/11/2002

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq javża li qed joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget.

IL-BUDGETFUQ L-INTERNET

Fuq il-website tad-DOI www.doi.gov.mt qed jiġu ppubblikati d-Diskors sħiħ tal-Budget, bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll l-Economic Survey. Apparti minhekk, qed jiġu mxandra audio recording u video recording tal-Konferenza Stampa dwar il-Budget, mogħtija mill-Prim Ministru fil-25 ta’ Novembru.

Membri tal-pubbliku li jixtiequ jaraw u jisimgħu dawn ix-xandiriet, jew jaraw it-test tal-pubblikazzjonijiet, huma mistiedna jiġu l-uffiċċju tad-DOI, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, fil-

ġranet u l-ħinijiet tax-xogħol, fejn bl-għajnuna ta’ l-istaff tal-CustomerCare, ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta’ l-Internet tad-dipartiment.

PUBBLIKAZZJONIJIET DWAR IL-BUDGET


Id-Diskors tal-Budget bil-Malti u bl-Ingliż (Lm1), l-Estimi Finanzjarji (Lm2), u l-Economic Survey (Lm2), jinsabu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office u mill-ħwienet awtorizzati. Min jixtieq jordna kopji ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet, jista’ jibgħat cheque indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, u jirċevihom bil-posta.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 153 jew jibgħat e.mail lil info@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow