Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino jinawgura l-Environmental Fair 2002 organizzata mill-KSU

PR1657
Date Icon 26/11/2002

"Dan hu Gvern li bis-serjeta’ qed jadotta mizuri li jsahhu u jtejbu l-ambjent. Il-mizuri mhabbra fil-Budget tal-bierah huma konferma ta’ dan." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino fl-okkazjoni tal-ftuh tal-KSU Environmental Fair 2002 li qed issir fil-Campus tal-Universita’. 

George Pullicino tenna li l-Gvern irid jaghti l-ezempju u ghalhekk fil-jiem li gejjin se tinhareg sejha ghall-offerti biex jinkrew (leased) ghoxrin vettura elettrika li jiehdu post ghoxrin vettura konvenzjonali li bhalissa jinkrew mill-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari Pullicino elenka whud mill-mizuri mhabbra waqt il-Budget ghas-sena d-diehla fosthom li se titnehha ghal kollox it-taxxa ta’ registrazzjoni fuq l-importazzjoni ta’ karozzi li jahdmu bl-elettriku. Mizura ohra favur l-uzu ta’ mezzi ta’ trasport li jniggsu anqas l-ambjent hi li se jitnehhew it-taxxa ta’ registrazzjoni u l-hlas ta’ licenzja tat-triq ghal ‘mopeds’ li jahdmu bil-batterija. Minbarra dan, ghal hames snin li gejjin, se jitnehha wkoll il-hlas biex karozzi li jahdmu b’sistema elettrika jidhlu l-Belt.

Il-Gvern hu mpenjat li jkompli jhajjar l-uzu ta’ prodotti li jhallu l-anqas impatt fuq l-ambjent minhabba l-efficjenza taghhom, jew ghax huma ‘degradeable’ jew ghax huma prodotti riciklati. Id-dazju fuq karta riciklata jew karta ‘bleach free’ se jitnehha kompletament. Id-dazju fuq ‘degradeable refuse bags’ se jonqos minn 8.4% ghal 6.5%. Boroz ghax-xiri maghmula mill-karta u kartun riciklat se jkollhom id-dazju mnaqqas minn 6% ghal 3.7%. Id-dazju fuq bozoz li jnaqqsu l-konsum se jonqos minn 4.9% ghal 2.7%.

Il-Gvern habbar ukoll incentivi biex jigi rrangat bini li kien registrat taht l-Iskema ta’ Registrazzjoni Volontarja ghall-Belt, il-Furjana u l-Kottonera.

George Pullicino qal li l-Gvern hu favur li jdahhal mentalita’ favur l-ambjent fit-tfal sa’ minn ckunithom. Kien b’dan il-ghan li dan l-ahhar tnieda l-progett tal-Eco Schools, li hu mfassal fuq l-Agenda 21 tal-Gnus Maghquda, li jheggeg aktar partecipazzjoni minn kulhadd; u biex l-inizjattivi li jittiehdu jsiru b’mod li jinvolvu l-akbar numru ta’ nies possibli.

Is-Segretarju Parlamentari Pullicino qal li bhalissa ghaddejjin tahdidiet ma’ Birdlife u ma’ ghaqdiet volontarji ohra biex Villa Psaigon f’Had-Dingli ssir centru attiv ta’ edukazzjoni ambjentali matul il-gimgha kollha. Biex isehh dan, qed jinghaqdu l-isforzi tal-ghaqdiet volontarji flimkien mar-rizorsi tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-MEPA.

Inizjattiva ohra li bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet dwarha hi li dik li qabel kienet l-iskola primarja tal-Fawwara tindibel f’Centru ta’ Ricerka dwar l-Edukazzjoni Ambjentali. Dan qed issir b’kollaborazzjoni mal-Universita’, il-MEPA, l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru ghall-Intern u l-Ambjent.

Hu qal li s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se twassal ghall-infurzar u l-introduzzjoni ta’ aktar mizuri favur ambjent ahjar, filwaqt li tipprovdi l-ghajnuna sabiex il-pajjiz jkun jista’ jtejjeb il-qaghda ambjentali tieghu.

Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino fahhar l-inizjattiva tal-KSU u tal-MEPA u awgura success lill-partecipanti kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow