L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI INAWGURA WIRJA TA` PITTURA
L-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, nhar is-Sibt 23 ta` Novembru, inawgura wirja ta' pittura u xoghol iehor ta` l-artist Malti Alfred Gera. Dr. Mifsud Bonnici fahhar hafna x-xogholijiet sbieh ta' Alfred Gera u qal li Alfred huwa ezempju ta' kif ghandu jkun anzjan attiv, u jibqa' jaghti l-kontribut tieghu fis-socjeta' Maltija, b'sodisfazzjon kemm ghalih personali kif ukoll ghall-partrimonju artistiku Malti.
Alfred Gera pensjonant ta' 74 sena ghadu ferm attiv f'din l-arti tal-pittura.
Din l-esibizzjoni imsejha "Impressions", turi kollezzjoni ta' xoghlijiet b'teknika antika msejha 'cavo rilievo' ( hollow-cut relief), b'uzu ta' ghodda specjali bhalma huma s-surgical knives.
Alfred Gera bhala ex-student ta' Stella Maris iddecieda li jtella din il-wirja tieghu f'dan il-kullegg, biex id-dhul kollu mill-bejgh ta' dawn l-oggetti jmur ghall-kappella gdida ta' dan l-istess kullegg.
Din il-wirja li qeda` gewwa l-kullegg ta' Stella Maris - (St Joseph New Block) Triq Saint Albert, Gzira, tbierket minn Mons Annetto Depasquale u ser tkun miftuha ghall-pubbliku kuljum sa l-1 ta' Dicembru 2002, mid-9.30 ta` filghodu sa nofsinhar u mill-5.00 sad-9.00 ta` filghaxija
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en