Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET TA' KOSTRUZZJONI TA' TOROQ F'SANTA VENERA

PR165
Date Icon 11/02/2002

Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Perit Ċensu Galea dal-ghodu żar ix-xogħlijiet ta' asfaltar ta' diversi toroq ġodda li qed isiru mid-Direttorat tat-Toroq f' Santa Venera.

Dawn it-toroq, sebgħa b'kollox, qegħdin jiġu asfaltati mill-Gvern Ċentrali peress li qatt ma kienu saru qabel.

Minbarra hekk, f'dawn l-aħħar tlett xhur saru xogħlijiet oħra f'Sta. Venera. Dawn kienu jinkludu xogħol f'toroq il-Palazz, f'San Gwakkin Area, Triq il-Karmelitani, triq ġdida fi Triq il-Karmelitani, parti minn Triq il-Parilja u parti sostanzjali mix-xogħol li kien qed isir fi Psaila Street; u li b'kollox ammontaw għal Lm213,000.

Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa f'dawn l-inħawi jikkonsistu fil-kostruzzjoni tat-toroq li huma: Triq Vincenzo Bugeja, Triq ġdida fi Triq Vincenzo Bugeja, Triq Guze Pace, Triq il-Kanonku Bonnici, Triq ġdida fi Triq il-Kanonku Bonnici, parti minn Triq Abela, u Triq il-Markiż John Scicluna.

It-tul ta' dawn it-toroq huma ta' madwar 600 metru. B'kollox ser jitqiegħdu 6,220 metri kwadru ta' asfalt u ser jinbnew total ta' 1,130 metri ta' bankini ġodda.

Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa qed jitwettqu wara li sar il-koordinament meħtieġ ma' l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, fosthom: il-Water Services Corporation. Dan sar biex is-servizzi li dawn l-entitajiet ikunu qed jippjanaw biex ipoġġu taħt l-art, jiġu stallati u ma jkunx hemm bżonn li jerġa jinqala' l-wiċċ tat-triq, darba dan ikun tlesta.

Ix-xogħol hu maqsum fuq tlett kuntratti, li inghataw wara sejħa għall-offerti, lid-ditti: Philip Agius & Sons, Polidano Bros Ltd., u CJP Tarmac Ltd u x-xogħol hu mistenni li jammonta għal madwar Lm100,000.

Ix-xogħlijiet bdew wara l-bidu tas-sena u huma maħsuba li jitlestew ix-xahar id-dieħel.

Xogħlijiet oħra maħsuba li jsiru fi Triq Gwann Azzopardi li għalihom bħalissa id-Direttorat ħareġ sejħa għall-offerti u xogħol fuqhom hu stmat li ser jammonta għall- Lm23,000

Dan juri li fl-aħħar tliet snin sar investiment ta' madwar Lm 350,000 fit-toroq ta' Santa Venera.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow