Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA` L-INTERN U L-AMBJENT, TAL-PREMJIJIET GĦAT-TFAL REBBIEĦA TA’ TPINĠIJA U TA’ ESSEJS ORGANIZZATI MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAN-NISA – AULA MAGNA, L-UNIVERSITA’ L-QADIMA, VALETTA

PR1643
Date Icon 21/11/2002

Għeziez, ġenituri u membri tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa,

Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nkun preżenti għal din iċ-ċerimonja ta’ għoti ta’ premjijiet. Nieħu pjaċir nara organizzazjonijiet jieħdu inizjattivi li bihom inisslu sens tà responsabbiltà u apprezzament favur l-ambjent fost persuni tà età żgħira, u kien għalhekk li għamilna dak kollu possibli biex ngħinu biex din l-attività tirnexxi. Kien għalhekk li bl-għajnuna tal-Ministero dell’Ambiente Taljan, wasalna biex niksbu vjaġġi għall-Italja għar-rebbieħa.

Jiena wkoll missier u għalhekk hu importanti li nara li qed isir dak kollu possibbli biex id-dinja ta’ għada tkun waħda bl-inqas perikli possibbli ghal uliedna. U l-okkazjoni ta’ Jum it-Tfal hu mument opportun li naraw li qed isir dak kollu possibbli favur dinja aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Gvern, li minnu nagħmel parti jien, hu konxju mill-bżonn ta’ ħarsien dejjem akbar ta’ l-ambjent tagħna u għalhekk dejjem kien lest li jieħu l-miżuri kollha possibbli biex jassigura dan.

Mill-bidu tas-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi li tirregola l-Community Work, u jien nittama li l-Qrati tagħna jużaw din l-għodda, speċjalment meta jiġu biex jiddeċiedu dwar każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.

Dan l-aħħar bdejna proġett ġdid imsejjaħ Eco-Schools li għandu l-għan li jinvolvi lit-tfal mill-iskejjel primarji biex jipparteċipaw, jaġixxu u jkunu responsabbli mill-ambjent ta’ l-iskejjel tagħhom. Dan il-proġett qed ikun imħaddem bi prova f’sitt skejjel differenti.

Din l-inizjattiva hi maħsuba fuq il-principji tal-Aġenda 21 tal-Ġnus Magħquda li tgħid li l-inizjattivi li jittieħdu għandhom ikunu ntiżi biex jinvolvu persuni ta’ kull età u jħeġġuhom ikunu responsabbli favur l-ambjent ta’ madwarhom.

Il-Gvern hu impenjat li jkun hawn ambjent aktar nadif u dan l-aħħar kont sodisfatt bil-parteċipazzjoni rekord, anke ta’ tfal, fil-kampanja ‘Clean Up the World’. Matulha, kelli okkazjoni nħabbar li fil-futur qrib se jitwaħħlu cameras f’postijiet magħrufa fejn jintrema’ skart bl-iskop li jonqos l-abbuż u li jinqabdu dawk ħatja.

Dawn l-eżempji ta’ inizjattivi jagħtu xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern li jara li l-ambjent f’Malta jkun imħares u saħansitra mtejjeb.

Qabel nagħlaq, nixtieq nifraħ minn qalbi lit-tfal kollha, li pparteċipaw fiż-żewġ kompetizzjonijiet u nifirħilhom għall-impenn tagħhom. Nifraħ b’mod speċjali lir-rebbieħa, Luke Micallef u Janice Borg.

Prosit ukoll lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u j’Alla aktar organizzazzjonijiet jieħdu l-eżempju tagħkom u jorganizzaw attivitajiet bħal dawn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow