Left arrow Go Back

PUBBLIKATI L-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-ĦATRA TA` L-ESPERTI TAL-QORTI

PR1639
Date Icon 20/11/2002

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, illum indirizza konferenza ta` l-aħbarijiet li kellha l-għan li jiġu pubblikati l-konklużjonijiet ta` rapport ta’ Kummissjoni maħtura mill-Ministru Gatt biex tirrelata dwar it-tibdil neċessarju dwar il-metodu tal-ħatra ta’ esperti fil-Qrati.

Il-Kummissjoni kienet presjeduta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, is-Sur John Gatt u kienet magħmula minn:

  • L-Imħallef David Scicluna - nominat mill-Prim Imħallef
  • Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera – nominata mill-Prim Imħallef
  • Dr. Joseph Giglio – nominat mill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali
  • Dr. Joseph Micallef Stafrace – nominat mill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali
  • Supt. Pierre Calleja – nominat mill-Kummissarju tal-Pulizija
  • Dr. Stephen Tonna Lowell – nominat mill-Avukat Ġenerali
  • Dr. Donatella Frendo Dimech – nominata mill-Avukat Ġenerali
  • Dr. Victor Zammit – Direttur Servizzi Legali – jirrappreżenta lid-Direttur Ġenerali tal-Qorti
  • Dr. Francesco Depasquale – nominat mill-Kamra ta` l-Avukati
  • Mr. Saviour Azzopardi - Segretarju

It-terms of referencebażiċi tal-Kummissjoni kienu biex jħarsu kif sal-lum jiġu appuntati l-esperti, jħarsu lejn l-availability ta’ l-esperti fil-qrati tagħna u tara għandniex inħarsu mill-ġdid għal-metodu tan-nomina ta` l-esperti.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet li saru l-Kummissjoni elenkat lista ta’ materji li tagħhom normalment ikun hemm ħtieġa ta’ esperti. Dr. Gatt fisser li din kienet l-ewwel darba li qatt sar dan l-eżercizzju. Il-Ministru Gatt fisser dan il-pass bħala wieħed importanti ħafna għax b’hekk wieħed jkun jista` jippjana l-ħtigijiet futuri. 

Il-Kummissjoni rrakomandat ukoll li l-Laboratorju tax-Xjenza Forensika, il-Malta National Laboratory jitwaqqaf fuq bażi iktar soda. Il-Ministru Gatt fisser l-importanza li dan isir. B’hekk ikollna font ta’ esperti indipendenti f’dan il-qasam.

Rakkomandazzjoni oħra li għamlet il-Kummissjoni hija, li jsir reġistru ta` l-esperti tal-Qorti. Dr. Gatt fisser li filwaqt li l-għażla għandha tkun fdata f’idejn l-Imħallef jew Maġistrat partikolari, għandna nbiddlu s-sistema minn kif inhi llum.

Il-Ministru Gatt semma wkoll suġġeriment ieħor li jagħmel dan ir-rapport, li jgħid li espert ma għandux jinħatar bħala espert jekk ikollu diġà appuntat fuq ħamsa u għoxrin (25) kaz. Dr. Gatt filwaqt li fisser li l-ammont ta` limitu mhux necessarjament jkun ta’ 25, l-inidkazzjoni hija li jkun hemm xi tip ta’ limitu li jissalvagwardja l-fatt li persuna maħtura tagħmel ir-rapport fi żmien raġonevoli.

Il-Kummissjoni qegħda tirrakomanda li f’certi każijiet ma ssirx iżjed ħatra ta` l-esperti u minflok ikun hemm proċeduri ġodda kif isiru l-eżamijiet meħtieġa.

Dr. Gatt spjega li dan ir-rapport kien estensiv ħafna, li fihom hemm rifless il-bilanc tal-ħtiġijiet ta’ min jaħdem il-Qorti.

Dan ir-rapport ser jkun aċċessibbli għal kull min irid jikkumenta fuqu, billi jibgħat e-mail fuq info.justice@gov.mt Il-Gvern ser iħalli sa l-aħħar ta` Jannar biex min irid jagħmel kummenti u suġġerimenti jew proposti oħra, jkunu jistgħu jghamluhom. Wara din il-fazi ta` konsultazzjoni jiġu mfassla l-emendi legali u amministrattivi meħtieġa, biex jkollna mod ġdid ta` kif jinħatru l-esperti, temm jgħid il-Ministru Gatt.


Court Experts Commission Report.PDF

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow