Left arrow Mur Lura

Skola Sport ghall-Hames Darba f’Ghawdex

PR1587
Date Icon 12/11/2002

Ghal sena ohra, f’Ghawdex regghet giet organizzata edizzjoni ohra ta’ Skola Sport fil-Kumpless Sportiv ta’ Ghawdex, minn nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru. Kważi 400 student qed jattendu dawn is-sessjonijiet ta’ tlett sieghat li jittellghu kull nhar ta’ Sibt.

Il-Kumpless Sportiv t’Ghawdex, nhar is-Sibt li ghadda kien mahnuq b’ghadd kbir ta’ studenti ta’ bejn is-7 u t-13-il sena li ghażlu li jibdew iqattghu n-nofs ta’ nhar tas-Sibt filghodu fil-kumpanija ta’ studenti shabhom filwaqt li jipprattikaw dixxiplina sportiva.

Ghall-ewwel darba din is-sena, Skola Sport firxet il-hidma taghha anke fost it-tfal tal-Year 3 fejn introducietilhom il-programm “Kids Blitz” – sessjonijiet ta’ eżercizzji li jservu bhala fondazzjoni ghal dixxiplina sportiva. F’din l-eta’ bikrija huwa mportanti ferm li tigi żviluppata l-kordinazzjoni fit-tfal taghna, li hija wkoll il-bażi ta’ kull dixxiplina sportiva jew fiżika.

Sabiex setghet tigi organizzata Kids Blitz, il-management ta’ Skola Sport investa f’iktar apparat u materjal. Madwar 100 student qed jattendu Kids Blitz.

Id-dixxiplini sportivi l-ohra li qed jigu organizzati jinkludu hockey, basketball, baseball, volleyball, lawn tennis, u artistic u educational gymnastics. Ghadd ta’ instructors, uhud minn liema huma wkoll players mat-tim nazzjonali tad-dixxiplina rispettiva taghhom, flimkien ma’ ghalliema tal-Physical Education (PE) qed jghallmu d-dixxiplini sportivi diversi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow