Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ - SAFI

PR1581
Date Icon 11/11/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Safi minn nhar il-Erbgħa 13 sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru, 2002. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Safi fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja ‘Carmelo Caruana’, Triq Dun Guzepp Caruana. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Safi. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’.

Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Safi u ser jinħareġ avviż għall-Istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow