Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ – SANTA LUĊIJA

PR1575
Date Icon 08/11/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Santa Lucija minn nhar il-Ġimgħa, 22 sa nhar il-Ħamis, 28 ta’ Novembru, 2002. Ma jsirx tiġdid il-Ħadd 24 ta’ Novembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Santa Lucija fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fis-Sala Parrokkjali, Pjazza 7 ta’ Lulju. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Santa Lucija. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow