ŻJARA TA’ DELEGAZZJONI TAL-AICCRE LILL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Opportunitajiet kbar għall-Kunsilli Lokali Maltin bi sħubija fl-Unjoni Ewropea
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt il-bieraħ kellu laqgħa ma’ delegazzjoni tal-AICCRE (Associazione Italiana per il Consiglio dei Comuni e delle Regioni d’Europa). Din id-delegazzjoni kienet fil-gżejjer Maltin biex tieħu sehem f’konferenza marbuta ma’ l-aspett tal-ġemellaġġi bejn bliet u rħula Maltin u Taljani, fil-kuntest ta’ tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Mediterran.
Il-Ministru tal-Ġustizzja ta’ ħarsa lejn l-isfond storiku ta’ l-izvilupp tal-kunċett tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna, kif ukoll lejn ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Relazzjoni bbażata fuq il-koperazzjoni u l-ħbiberija ta’ bejn iż-żewġ pajjizi.
Dr. Austin Gatt semma wkoll l-ammont ta’ ġemelleġġi bejn l-ammont kbir ta’ lokalitajiet Maltin u Għawdxin ma’ dawk Taljani. Fil-fatt minn 31 ftehim ta’ ġemellaġġ 20 jinkludu bliet u rħula Taljani.
Politika konxja li lill-Kunsilli Lokali Maltin jingħataw, il-poteri neċessarji biex nizviluppawhom f’ċentri amministrattivi fil-komunità. Huwa tenna mill-ġdid l-impenn tal-Gvern fuq il-ħtieġa li jtejjeb u jsaħħaħ il-livell ta’ sussidjarjetà f’pajjiżna.
Dr. Gatt fisser l-importanza tal-ġemellaġġi anke lejliet is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan sabiex il-Kunsilli Lokali jkomplu jagħtu d-dimensjoni soċjali lill-fondi li tallokka l-UE, bħal ċentri fil-komunità għal persuni b’dizabilità, skejjel aħjar u ambjent aħjar.
Fabio Pellegrini, is-segretarju ġenerali tal-AICCRE, minn naħa tiegħu fisser l-importanza tal-ġemellaġġi fil-kuntest tad-dimensjoni Mediterranja ta’ l-Unjoni Ewropea anke bl-inklużjoni ta’ Malta fit-tkabbir li jmiss.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928